Nhar il-11 ta’ Novembru 2026, fis-6 pm, fis-Sala Parrokkjali Ta’ Xbiex

L-Akkademja tal-Malti b’kollaborazzjoni mal-Istitut Karmelitan Malta, ħa ttella’ konferenza dwar San Ġwann tas-Salib fis-Sala Parrokkjali ta’ Ta’ Xbiex. Diversi kelliema se jippreżentaw aspetti differenti tal-ħajja u l-kitbiet ta’ dan il-qaddis mistiku.
Il-Prof. Sergio Portelli jitħaddet fuq l-isfida tat-traduzzjoni, Dr Glen Attard ser jitkellem dwar il-ħajja ta’ San Ġwann tas-Salib minn kitbietu, il-P. Prof. Charló Camilleri jitħaddet dwar l-isfida tal-qlib tal-poeżija ta’ San Ġwann tas-Salib u s-Sur Ivan Said dwar kitbiet tiegħu maqlubin għall-Malti.
F’din l-attività, is-Sur Mark Anthony Bartolo jkanta xi strofi mill-poeżiji ta’ San Ġwann tas-Salib bil-Malti, immużikati minnu.
Għal aktar dettalji: istitut@karmelitani.org jew fuq: info@akkademjatalmalti.org