Il-Ġimgħa 14 ta’ Jannar, id-diriġenza tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex laqgħet fl-Uffiċċju Ġenerali tal-istess Direttorat delegazzjoni mill-Kumitat tal-Akkademja tal-Malti.
Kienet laqgħa kordjali li fiha ntlaħaq ftehim dwar kollaborazzjoni bejn it-tnejn b’risq l-Ilsien Malti u l-letteratura Maltija. Tkellimna kemm dwar proġetti u anke attivitajiet. Wara tpoġġew kuruni u fjuri fuq l-oqbra ta’ kittieba u poeti Għawdxin, kemm fil-Katidral ta’ Għawdex u anke fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija fix-Xewkija.
Id-delegazzjoni kienet magħmula minn Joe Borg (Segretarju), Phyllis Debono (Teżoriera), Dr Manwel Schembri u Doris Zammit (Membri). Ingħaqad magħhom Charles Bezzina, ir-rappreżentant tal-Akkademja għal Għawdex.
Prosit u grazzi għal dak li qed tagħmlu għall-Ilsien Malti.
LikeLike