Kunsill 2021 – 2023

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Lulju 2021 saret il-Laqgħa Ġenerali Ordinarja tal-Akkademja li fiha nħatar il-Kunsill il-ġdid għas-sentejn li ġejjin.

Dr George Farrugia ġie nnominat bħala l-President il-ġdid flimkien ma’ għaxar persuni oħra bħala membri tal-Kunsill kif jitlob l-istatut.

Fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Akkademja, li saret fit-22 ta’ Lulju 2021, il-membri ngħataw il-karigi uffiċjali u l-Kunsill għas-snin 2021-2023 huwa ffurmat kif ġej:

President – Dr George Farrugia

Viċi Presidenta – Ann Marie Schembri

Segretarju – Joseph P. Borg

Assistent Segretarju – Dwayne Ellul

Teżoriera – Phyllis Debono

Assistenta Teżoriera – Rita Saliba

Uffiċjali għar-Relazzjonijiet Pubbliċi – Sergio Grech, Doris Zammit

Arkivista – David Agius Muscat

Membri – Charles Bezzina, Dr Emmanuel Schembri

Matul il-laqgħa, il-President elenka l-proġetti li għandha quddiemha l-Akkademja fis-snin li ġejjin u li dawn jistgħu jitwettqu bil-kollaborazzjoni tal-membri kollha, kemm fl-irwoli tagħhom kif ukoll skont il-ħtieġa tal-proġetti nfushom.

Il-Kunsill se jżomm ukoll ħidma kollaborattiva ma’ individwi u/jew organizzazzjonijiet oħra biex iwettaq il-ħidma tiegħu għall-ġid tal-Malti.

06.08.2021