Victor Fenech mogħti l-medalja “Ġieħ l-Akkademja tal-Malti” għas-sena 2019

 

VICTOR FENECH huwa r-rebbieħ tal-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ għal din is-sena.

L-investitura saret f’Jum l-Akkademja tal-Malti mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta waqt serata fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Fost il-mistednin kien hemm l-imsieħba tal-Akkademja, qraba u ħbieb tal-awturi.

Din l-onorifiċenza tingħata lil min ikun iddistingwa ruħu b’ħidma tul ħajtu kollha għall-Ilsien Malti u għal-letteratura Maltija.

 

 

Ħalli kumment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.