Id-Dipartiment tal-Malti, l-Akkademja tal-Malti u l-Għaqda tal-Malti – Università, qed jorganizzaw konferenza dwar l-awtriċi Mary Meylak u x-xogħlijiet tagħha.
Mary Meylak: Ritratti Ġodda
Data: Is-Sibt, 7 ta’ Marzu 2026
Ħin: 9:00am
Post: L-Aula Prima, l-Università l-Qadima, il-Belt
Il-kelliema: Beverly Agius, Olivia Borg, Anthea Enriquez, Maria Frendo, Immanuel Mifsud, Nathan Anthony Pace.
Wara l-interventi tal-kelliema, tliet poeżiji ta’ Mary Meylak, immużikati minn Tano Monseigneur, se jiġu interpretati mill-kor Vox Dulcis immexxi minn John Anthony Fsadni.
Din il-konferenza miftuħa għall-akkademiċi, l-istudenti, u l-pubbliku ġenerali.
Id-dħul bla ħlas. Irreġistra: https://forms.gle/qp7a2uPSfxbksJMn8
