“Mario Azzopardi, fil-port ta’ kenn ħajtu u l-ħarsien ta’ tifkirtu” – taħdita

Int u tistenna s-Sibt filgħodu f’serbut nies biex tinqeda l-bank, ikollok laqgħa mhux mistennija. Laqgħa li ssarrfet f’relazzjonijiet li wasslu lil Mario fil-port li donnu dejjem ixxennaq għalih, u li fih sabu kenn hu u kitbietu.

F’intervista li kien ta lir-rivista Sunday Circle, Mario stqarr li l-kotba għamluh priġunier.  Biss, meta ra x-xogħol li sar fuq il-librerija tiegħu arkivjat fil-Kunvent tal-Karmelitani l-Imdina, bħallikieku segwa l-ħsieb ta’ Jorge Luis Borges li f’librerija ra mhux biss repożitorju tat-tagħrif imma wkoll spazju li jistedinna għar-riflessjoni metafiżika.