Din il-ħarġa speċjali hija l-pubblikazzjoni msejsa fuq seminar li l-Akkademja organizzat fl-24 ta’ Frar 2024 bejn l-Akkademja tal-Malti, l-Istitut Karmelitan u d-Dipartiment tal-Malti tal-Università bit-titlu ‘Tiftix u taqtigħat: L-ispiritwalità ta’ Mario Azzopardi’. Dan is-seminar kien sar fl-Aula Prima, fil-Campus tal-Università, il-Belt Valletta.
Il-kelliema kienu Prof. George Farrugia, Prof. Charles Briffa, Keith Borg, Rev. Prof. Charlo Camilleri, Pat Gatt, Prof. Adrian Grima u Prof. Immanuel Mifsud.
Din il-ħarġa tinkludi seba’ studji li jiffukaw fuq xi aspett jew ieħor marbut ma’ din it-tema, b’rabta speċjali mal-aħħar ġabra poetika ta’ Mario Azzopardi li nsibu f’Epistoli mid-Deżert: Poeżiji u Poesaġġi.
L-Akkademja ddedikat din il-ħarġa lill-Prof. Charles Briffa.
09.07.2025
