Dr Sergio Grech, il-President il-ġdid tal-Akkademja tal-Malti

Sergio Grech twieled iż-Żejtun fl-1975. Studja l-Istorja fl-Università ta’ Malta. Kiseb id-dottorat fl-Istudji Maltin fl-2022.

Fis-sena 2004, ippubblika l-bijografija Patri Feliċjan Bilocca Ħajtu u Żminijietu 1914-1987. Fl-2010, ħareġ ir-rumanz Il-Lejl tal-Irġulija.

Editur tas-sensiela Bejn Storja u Miti b’kotba fost l-oħrajn fuq Duminku Mintoff, Herbert Ganado, Trevor Żahra, Mabel Strickland, Giovanni Bonello, Anton Buttigieg, Eddie Fenech Adami  u Fr Hilary Tagliaferro. Fl-2013 ippubblika l-bijografija tat-Tabib Alexander Cachia Zammit. Ħareġ ukoll il-bijografija ta’ Anton Tabone, l-eks Ministru għal Għawdex.

Ippubblika wkoll il-kotba U Tisbaħ Missier u Ħallejtna bħall-Erbgħa fost il-ġimgħa mal-Merlin Publishers.

Ippubblika diversi papers lokalment fil-Melita Historica, MRER, Melita Theologica, L-Imnara u Arkivju. Xandar ta’ għadd kbir ta’ programmi b’xeħta kulturali fuq Ir-Radju tal-Università, Campus FM, FM Bronja, Radju Malta u Education 22.  Fundatur tal-grupp Poeżijaplus u l-ewwel Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.