Cleardo Naudi, Giuseppe Cannolo, Mikiel Anton Vassalli, Mikelanġ Camilleri, Pawlu Bonavia, Giovanni Falzon, Pietru Pawl Saydon, Alfons Maria Galea, Pietru Pawl Grima, Michael Degabriele, Ġużeppi Maurin, May Butcher, Pietru Pawl Grima, Karm Zammit … Fortunatu Panzavecchia, Richard Taylor, Ġużè Muscat Azzopardi, Dun Ġorġ Preca, Dun Karlo Cortis. Uħud minnhom smajna bihom, oħrajn ftit li xejn.
Din kienet opportunità sabiħa li ssir tafhom aktar mill-qrib bis-saħħa tar-riċerka li ppreżenta Ivan Said fit-taħdita tiegħu li saret il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2025, f’Dar l-Ewropa, 254, Triq San Pawl, il-Belt.







