“Kieku nixtieq nużah il-Malti u niktbu iżjed, imma nibża’ li nagħmel żball fl-ortografija u għalhekk nippreferi nikteb bl-Ingliż.” Min jaf kemm-il darba smajna lil xi ħadd jgħid dan il-kliem
Din ir-realtà wasslet lill-Prof. Albert Borg jifli l-prinċipji li fuqhom hi mibnija s-sistema ortografika tal-Malti u jissuġġerixxi sistema li, fil-fehma tiegħu, hija aktar prattika.
X’kienet sewwasew din is-sistema li ssuġġerixxa?
Għaliex, fil-fehma tiegħu, hija aktar prattika?
Kif jidħlu f’dan ix-xenarju l-konsonanti storiċi għ u h?
Dan kollu nsiru nafuh waqt it-taħdita tal-Prof. Albert Borg
