X’kienu ċ-ċirkustanzi storiċi li wasslu għall-istampar tat-Tagħrif?
Għaliex ir-rapporti fuq l-ortografija, li saru minn Ninu Cremona u Ġanni Vassallo fl-1921, ma ġewx ippubblikati mill-ewwel?
Xi problemi kellha tħabbat wiċċha magħhom l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti biex tistampa t-Tagħrif?
F’din it-taħdita Daniel Attard se jwieġeb, fost oħrajn, dawn il-mistoqsijiet u se jagħti tagħrif issostanzjat minn artikli mill-gazzetti, il-manuskritti ta’ Franġisku Saverju Caruana u l-abbozz innifsu tat-Tagħrif.
