Konferenza f’għeluq il-100 sena tat-Tagħrif – 30 ta’ Novembru

F’għeluq il-100 sena mill-pubblikazzjoni tat-Tagħrif fuq il-Kitba Maltija, l-Akkademja tal-Malti stiednet numru ta’ kelliema biex jgħaddulna l-fehmiet tagħhom dwar dan il-manwal importanti li fuqu hi msejsa l-ortografija Maltija.

L-interventi tal-kelliema se jiffokaw fuq aspetti differenti marbuta mat-Tagħrif, mill-ħarsa storika li wasslet għall-istandardizzar tal-kitba bil-Malti, sal-prinċipji ewlenin li fuqhom inbnew ir-regoli miġbura f’dan il-manwal. Se jkunu diskussi wkoll l-aġġornamenti li saru fih matul is-snin u r-reazzjonijiet li kien hemm għalihom.

Din il-Konferenza se ssir nhar is-Sibt, 30 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi f’Dar il-Ħanin Samaritan, Santa Venera, mit-8.30 am sas-1.00 pm.