Il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju, fis-6 ta’ filgħaxija saret il-Laqgħa Ġenerali Ordinarja f’Dar L-Ewropa, il-Belt Valletta.
Is-Segretarju, is-Sur Joseph P. Borg ta rendikont dettaljat tal-ħidma sfiqa li seħħet matul din l-aħħar sena minn kemm ilu li ġie ffurmat il-kunsill attwali. Minkejja l-isfida tal-pandemija l-Kunsill baqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu bħall-pubblikazzjonijiet u laqgħat għall-membri. Wara t-Teżoriera, is-Sinjura Phyllis Debono tat ir-rendikont finanzjarju. Fl-aħħar il-President tal-Akkademja, Dr George Farrugia ta d-diskors tiegħu. Fost diversi punti huwa semma s-sehem tal-Akkademja fil-kampanja L-Ilsien Malti għal Qalbi. Huwa rringrazzja minn qalbu lil kull min qed jgħin u jagħti sehmu biex l-Akkademja tibqa’ għaddejja b’ħidmitha u tiffjorixxi.
Wara kellna l-ikla mal-membri li attendew. GRAZZI lil dawk kollha li għoġobhom jattendu fiżikament u ‘l dawk li ngħaqdu magħna virtwalment.