Karmenu Bonavia u kitbietu

Din is-serata saret fil-Mużew tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar, nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu 2019, bi sħab mas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar.

Dan il-ktieb jiġbor artikli li kiteb Bonavia matul ħajtu fuq Ħaż-Żabbar, il-Madonna tal-Grazzja u s-Santwarju tagħha. Fih 450 paġna u 64 paġna bil-kulur. Il-ktieb jinxtara mill-Mużew tas-Santwarju (Ħaż-Żabbar), mil-Librerija Preca (Blata l-Bajda) u miċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja tal-Kapuċċini (il-Furjana) bi prezz ta’ €30.

IL-PROGRAMM

– Omaġġ lil Karmenu Bonavia; video qasir b’ritratti ta’ attivitajiet li kellu sehem fihom

– Merħba; David Agius Muscat

– Is-Sejba; video qasir ta’ Karmenu Bonavia intervistat dwar is-sejba ta’ dokument dwar il-kwadru titulari ta’ Ħaż

– Fuq il-Passi ta’ Vassalli; Dr Olvin Vella jitkellem fuq Karmenu u r-riċerka tiegħu fuq Mikiel Anton Vassalli –

Ħija Karmenu kif nafu jien fit-tiftix u l-kitba dwar Ħaż-Żabbar, l-Ilsien Malti u San Ġorġ Preca – Patri Silvester Bonavia OFM Cap.

– L-Istoriku ta’ Ħaż-Żabbar – Michael Buhagiar (id-diskors inqara minn Paul Magro)

– Kanzunetta; il-Prof. Manwel Mifsud

– Ħajr; il-Prof. Albert Borg, President tal-Akkademja tal-Malti

– Preżentazzjoni tal-ktieb minn Patri Silvester Bonavia OFM Cap. lill-Viċi Sindku ta’ Ħaż-Żabbar u lill-President tal-Akkademja tal-Malti. – Ħajr – Paul Magro, Chairperson tal-Mużew tas-Santwarju