X’hemm ġdid f’al-Ħimjari

L-Akkademja tal-Malti qed tagħmel ħilitha biex iġġib ’il quddiem l-istudji marbutin mal-istorja tal-ħakma Għarbija. Għalhekk bi pjaċir tħabbar it-taħdita tal-Prof. Michael Cooperson fuq id-deskrizzjoni tal-Ħimjari. Din id-deskrizzjoni hi xhieda ewlenija fuq il-qagħda tal-Għarab f’Malta u ma tistax ma torbotx man-nisel tal-ilsien Malti.

Din it-taħdita offriet ħarsa ġdida lejn id-deskrizzjoni ta’ Malta miktuba mill-Ħimjari, ġeografu Għarbi tas-seklu erbatax, abbażi ta’ rapport eqdem, dak tal-Bakri (m. 1094). Minkejja x-xogħol li diġà sar minn għadd ta’ studjużi Maltin u barranin, xi siltiet minnha mhumiex ċari biżżejjed. F’din it-taħdita ġew ikkonsidrati d-deskrizzjoni kollha.

Fost l-oħrajn, ippruvaw jitwieġbu dawn il-mistoqsijiet:

  • X’inhu “l-bini tal-ewlenin” li jissemma fid-deskrizzjoni tal-Ħimjari?
  • Xi tfisser dik is-[SBW] misterjuża?
  • Min kienu l-ilsiera li jissemmew?

Michael Cooperson huwa professur tal-Għarbi u tal-letteratura Għarbija fl-Università ta’ California, Los Angeles. Huwa t-traduttur ta’ The Virtues of the Imam Ahmad Ibn Hanbal (NYU Press 2013) u ttraduċa wkoll The Author and His Doubles: Essays on Classical Arabic Culture ta’ Abdelfattah Kilito (Syracuse 2002). Huwa kiteb Classical Arabic Biography: The Heirs of the Prophets in the Age of al-Mamun (Cambridge 2000).

Isma’ t-taħdita hawn taħt:

 

This slideshow requires JavaScript.