Lessiku u Korpus Elettroniċi tal-Malti

Din it-taħdita organizzata mill-Akkademja tal-Malti saret fit-18 ta’ Frar 2006, fis-Sala Robert Samut, il-Furjana. Il-kelliem Prof. Ray Fabri.

Prof. Ray Fabri tkellem fuq proġett ambizzjuż li qed imexxuh hu, bħala membru tal-Istitut tal-Lingwistika, u Mike Rosner, il-Kap tad-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali u l-Istudju tal-Kompjuter fl-Università ta’ Malta.

L-għan ewlieni tal-proġett tagħhom huwa li l-ilsien Malti jkollu riżorsi lingwistiċi bażiċi li lingwi oħrajn, bħall-Ingliż, ilu ħafna li għandhom. Meta ngħidu riżorsi lingwistiċi bażiċi nifhmu dizzjunarju elettroniku u korpus, jiġifieri ġabra estensiva ta’ testi miktubin li huma rappreżentattivi ta’ tipi u stili differenti ta’ kitba bil-Malti. B’hekk jibda jkollna stampa aktar preċiża milli qatt kellna s’issa tal-istruttura lessikali tal-Malti kontemporanju miktub u l-użu tal-vokabolarju fil-kitba. Il-lessiku u l-korpus imbagħad iservu wkoll biex wieħed ikun jista’ japplika għodod tekniċi li jiffaċilitaw kemm ir-riċerka lingwistika kif ukoll attivitajiet edukattivi marbutin mal-lingwa.


Prof. Ray Fabri

Prof. Ray Fabri kiseb il-Ph.D fil-Lingwistika Ġenerali mill-Università ta’
Dusseldorf fil-Ġermanja.  Ir-riċerka għall-Ph.D. stħarrġet kemm il-morfoloġija, is-sintassi u s-semantika għandhom sehem fil-qbil grammatikali fil-Malti.

Jgħallem il-Lingwistika l-Università u jispeċjalizza fil-morfoloġija u s-sintassi, u fit-teorija u t-tipoloġija tal-lingwa.


Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.