Taħdita organizzata mill-Akkademja tal-Malti, fid-29 ta’ Jannar, 2015, f’Dar L-Ewropa. It-taħdita saret minn Prof. Albert Borg.
Hawn min jaħseb li d-djaletti Maltin jinvolvu sempliċement il-pronunzja differenti ta’ dak li jissejjaħ “il-Malti Standard” (jew “il-pulit”). Fil-fatt l-istudju juri li mhux hekk, għax minn djalett għal ieħor insibu differenzi mhux biss ta’ pronunzja imma anki ta’ grammatika u ta’ lessiku.
Fit-taħdita ġie esplorat dan il-qasam u ssemmew differenzi oħra bejn id-djaletti Maltin.