Aqra l-ktiba ta’ Prof. Bernard Micallef, Il-Grottesk fil-Qarċilla Żwieġ la Maltija
Hawn taħt tista’ tisma’ l-programm li rrekordja d-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta fuq Campus FM 103.7 f’Novembru tal-2013, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tal-ktieb “Il-Qarċilla” miktub minn Dun Feliċ Demarco għall-Karnival tal-1760. Preżentazzjoni ta’ Dr Olvin Vella bil-parteċipazzjoni ta’ Dr William Zammit, Dr Anna Borg Cardona, Francesca Balzan, Prof. Bernard Micallef, Conrad Fenech, Prof. Manwel Mifsud u qari tal-Qarċilla minn Prof. Albert Borg.