Din it-taħdita saret fl-24 ta’ Marzu 2015 f’Dar l-Ewropa, 254 Triq San Pawl, il-Belt, fis-6.00pm.
Il-kelliema tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti kienu l-Prof. Ray Fabri, il-Prof. Albert Borg u Dr George Farrugia.
L-Akkademja tal-Malti kienet għamlet reviżjoni tar-regoli fuq l-ortografija tal-kliem ta’ nisel Ingliż (tim, gass, plagg, klabb, eċċ.) u ppubblikatu fid-dokument imsejjaħ Żieda mat-Tagħrif (1984).
Permezz tal-Liġi tal-Malti, fl-2005 twaqqaf il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u l-ortografija saret responsabbiltà tiegħu.
F’Marzu 2015, l-Akkademja talbet lill-Kunsill tal-Malti biex issir taħdita għall-membri tagħha, għall-awturi u l-pubblikaturi biex matulha jisimgħu x’qed jiġi diskuss fil-Kunsill tal-Malti u x’inhu l-akbar uġigħ ta’ ras li qed iżomm lill-Kunsill milli jiddeċiedi, illum qabel għada, fuq ir-reviżjoni tar-regoli tal-1984.