Il-Ġifen Tork ta’ Ġan Anton Vassallo: Bejn il-Verità Storika u l-Verità Poetika

Taħdita pubblika ta’ Liam Gauci
Is-Santwarju tal-Mellieħa
 nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Frar 2018, fis-6.30 p.m.

L-epika tal-Ġifen Tork ta’ Ġan Anton Vassallo kienet ġrajja li seħħet tabilħaqq. Kienet ġrajja unika u qanqlet lill-ewwel poeta kbir Malti jsensel l-ewwel epika tal-letteratura Maltija.

Il-fatti li uża kienu korretti imma kien hemm lok fejn niseġ u sawwar storja patrijottika għal żmienu. Il-ġrajja vera kienet mimlija kuraġġ u ċarċir ta’ demm flimkien ma’ wegħda lis-Santwarju tal-Mellieħa. Iżda fl-istess ġrajja nsibu azzarini tad-deheb, nisa tax-xogħol, ambaxxaturi maqtula u kursar li abbord kien iġib ruħu ħażin ħafna.

Liam Gauci

Liam Gauci hu il-kuratur tal-Mużew Marittimu ta’ Malta u ilu f’din il-kariga għal dawn l-aħħar għaxar snin. Dan l-aħħar ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu: In the 

name of the Prince – Maltese Corsairs 1760-1798. L-interess tiegħu fl-istorja marittima ta’ Malta tkopri speċjalment il-kursara Maltin tas-seklu 18 u dak bikri tas-seklu 19.