L-Għajnejn Kurjużi u Ħarsithom lejn il-Ġisem Malti
Taħdita organizzata mill-Akkademja tal-Malti, fis-6 ta’ Mejju 2010, fis-Sala tal-Iskola ta’ Ħ’Attard.
Isma’ t-taħdita hawn taħt:
F’din it-taħdita ta’ Immanuel Mifsud ġie deskritt il-ġisem Malti kif irreġistrat mill-ħarsa ta’ xi barranin li żaru l-Gżejjer tagħna matul iż-żminijiet. Imbagħad din il-ħarsa tiġi kkomparata mal-ħarsa lokali li tingħata mill-poeti tas-seklu għoxrin.
L-Istorja tintuża biex jiġu interpretati l-bidliet li seħħew fil-ġisem ideali li kitbu dwaru l-poeti Maltin.