Taħdita organizzata mill-Akkademja tal-Malti nhar it-2 ta’ Mejju 2006, fis-Sala Robert Samut, il-Furjana. Mexxa t-taħdita l-istoriku Dr William Zammit.
Il-katekiżmu tal-qassis Malti Wzzinu, għalkemm traduzzjoni tal-katekiżmu ta’ Bellarmino, huwa meqjus xogħol ewlieni fl-istorja tal-Ilsien Malti u fl-istorja kulturali Maltija tas-seklu tmintax.
It-tagħrif ġdid li wassal Dr Zammit jolqot it-tixrid ta’ dan il-katekiżmu u tal-edizzjonijiet ta’ warajh, u kif dan il-katekiżmu influwenza t-talb li baqa’ nieżel sa żmienna.



