L-Akkademja tal-Malti organizzat din l-attività f’ġieħ Prof. Oliver Friggieri, f’xahar twelidu.
It-Tnejn, 15 ta’ Marzu 2021
Il-kelliema: Rev. Dr P. Charlò Camilleri u Dr Immanuel Mifsud
Rev. Dr. P. Charlò Camilleri: Pawlu ta’ Malta: Bejn il-loġika u l-mit fil-kelma, fil-kitba, u fir-raġuni f’Pawlu ta’ Malta
F’Pawlu ta’ Malta, il-prinċipju loġika u mitoloġiku jitfanndu flimkien sabiex, fi kliem Friggieri nnifsu, “mument reliġjuż, hu mbiddel f’għażla storika u kulturali” li jsir hu nnifsu prinċipju ta’ għaqda. F’din it-taħdita, Rev. Dr. P. Charlò Camilleri jittanta jitkixxef kif dawn il-prinċipji, proprji tal-qasam filosofiku, teoloġiku u letterarju, huma s-sisien tal-viżjoni kulturali ta’ Friggieri għal pajjiżu.
Dr Immanuel Mifsud: Il-Klandestin f’Pawlu ta’ Malta
Fl-intervent tiegħu, Dr Immanuel Mifsud se jiffoka fuq l-element ta’ klandestinità fl-oratorju, li l-effett tagħhom iressaq il-ħsieb ta’ Friggieri lejn determiniżmu divin li jikxef orkestrazzjoni sħiħa f’dak kollu li ġara fil-vjaġġ aħħari ta’ Pawlu. B’dan il-mod, jittanta joħroġ is-sinjali tad-determiniżmu determinanti ta’ klandestinità determinata.