Tnedija tal-Lexicon, Marzu 2016

This slideshow requires JavaScript.

Nhar il-15 ta’ Marzu 2016 l-Akkademja tal-Malti ħadet ħsieb it-tnedija taledizzjoni ġdida tal-Lexicon ta’ Mikiel Anton Vassalli fi ħsieb Mons. Lawrenz Cachia.

Hija edizzjoni li turi r-rikkezza li fih ix-xogħol ta’ Vassalli. L-alfabett modern li juża Mons. Cachia jħaffef mhux bi ftit il-qari tad-definizzjonijiet ċari li nsibu f’dan id-dizzjunarju ewlieni.

It-tnedija saret fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara. Il-programm tmexxa mill-Prof. Albert Borg bis-sehem ta’ Trevor Żahra, Prof. Manwel Mifsud u Paul Catania. Karmen Azzopardi qrat is-sunetti “Lil Mikiel Anton Vassalli” ta’ Dun Karm u Ġorġ Pisani.

Fl-okkażjoni ta’ din it-tnedija, l-Akkademja tal-Malti ippreżentat ir-restawr talProspetto per un’ associazione tal-Lexicon ta’ Mikiel Anton Vassalli lillArċipriet tan-Naxxar. L-Akkademja daħlet għall-ispejjeż tar-restawr li kien fi ħsieb Dr Theresa Zammit Lupi.