Taħdita fuq id-Deċiżjonijiet 2, Marzu 2015

This slideshow requires JavaScript.

Taħdita organizzata mill-Akkademja tal-Malti u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti fl-24 ta’ Marzu 2015 f’Dar l-Ewropa, 254 Triq San Pawl, il-Belt, fis-6.00pm. Il-kelliema tal-Kunsill kienu l-Prof. Ray Fabri, il-Prof. Albert Borg u Dr George Farrugia.

Permezz tal-Liġi tal-Malti, fl-2005 twaqqaf il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u l-ortografija saret responsabbiltà tiegħu.

L-Akkademja talbet lill-Kunsill tal-Malti biex issir taħdita għall-membri tagħha, għall-awturi u l-pubblikaturi biex matulha jisimgħu x’qed jiġi diskuss fil-Kunsill tal-Malti u x’inhu l-akbar uġigħ ta’ ras li qed iżomm lill-Kunsill milli jiddeċiedi, illum qabel għada, fuq ir-reviżjoni tar-regoli tal-1984.