Mafkar f’ġieħ Kilin, Mejju 2016

This slideshow requires JavaScript.

L-Akkademja tal-Malti flimkien mal-familja ta’ Mikiel Spiteri nhar il-Ħamis 26 ta’ Mejju 2016 inawguraw il-mafkar ta’ Kilin, skultura ta’ Joseph Scerri. Il-bust inkixef mill-Onor. Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo u jinsab fi Triq il-Kulleġġ, mal-faċċata tal-Iskola Primarja tar-Rabat. Fil-programm ħadu sehem il-Greenfields u nqraw poeżiji u proża minn Vanni Riolo, Rose Caruana, Marċella Agius, Mario Caruana u Cecilia Testa. Tnieda wkoll “…The Island was called Melite” it-traduzzjoni ta’ Kilin ta’ “Tinsiex Publius, Tinsiex” li ġie ppreżentat minn bint Kilin, Rosalie Caruana. Il-mafkar tbierek mir-Rev. Martin Micallef – Direttur tad-Dar tal-Providenza.