Jum Dun Karm, Ottubru 2015

This slideshow requires JavaScript.

Jum Dun Karm – Iżda Daqsek lil Ħadd – 15 ta’ Ottubru 2015

Fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum Dun Karm li din is-sena saret il-Ħamis, 15 ta’ Ottubru 2015, Trevor Żahra għamel id-diskors tal-okkażjoni bit-tema “Iżda Daqsek lil Ħadd”. Din l-attività ġiet organizzata bi sħab mal-Kumitat Festi Nazzjonali li kienet tinkludi wkoll tqegħid ta’ fjuri f’riġlejn il-mafkar tal-Poeta Nazzjonali fil-Furjana (17.10.2015). Fiż-żewġ okkażjonijiet kien preżenti l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali l-Onor. Dr Owen Bonnici. Is-serata saret fis-Sala tal-Arazzi, fil-Palazz tal-President u bħala compere kellna lil Cynthia Zerafa, bis-sehem tal-Coro Bel Canto taħt it-tmexxija ta’ Mro Hermann Farrugia Frantz, qari ta’ poeżiji minn Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda, mużika b’Arpa Ċeltika minn Michelle Paris. Is-serata għalqet b’diskors mill-Ministru kif ukoll mill-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta.