Il-Karnival Barokk f’Malta, Frar 2015

This slideshow requires JavaScript.

Il-Karnival f’Malta ta’ żmien l-Ordni kien opportunità ta’ żvog qabel Randan ta’ sawm, astinenza u ta’ waqfien minn kull xorta ta’ divertiment. Iżda kien ukoll mimli b’ritwali ta’ poter u ta’ ħarba minn realtà soċjali u ekonomika oppressiva. Il-logħob tan-nar, il-maskri, il-qarċilla u t-taqbiliet kienu jiġbdu lejhom l-eluf. Il-Knisja, mill-banda l-oħra, kienet torganizza l-kwaranturi b’reazzjoni.

Dr William Zammit tkellem fuq x’kien jiġri fil-Karnival ta’ żmien l-Ordni. Kiteb fuq il-kukkanja u l-massakru ta’ Pinto. Kiteb ukoll fuq il-ġigġifogu, kelma mnissla minn gioco di fuoco li l-forma Maltija qadima tagħha turi kemm dan il-logħob tan-nar ilu magħna. Ħadd daqs William ma qara l-kitbiet ta’ ammiratur kbir tal-karnival, jiġifieri Dun Injazju Saverju Mifsud, l-istess wieħed li kkopja l-qarċilla. Dan il-qassis minn banda kien juri l-għoġba għall-maskri u mill-banda l-oħra, kif kien dmiru bħala qassis, kien jipprietka kontra t-tbaħrid li kien isir f’dawn il-jiem.

Il-Karnival Barokk f'Malta (high res.)

 

Advertisements