Ċerimonja tal-iskejjel f’ġieħ Dun Karm, Ottubru 2014

This slideshow requires JavaScript.

Ottubru huwa marbut mat-twelid u l-mewt tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm. Huwa twieled f’Ħaż-Żebbug fit-18 ta’ Ottubru 1871 u miet fit-13 tal-istess xahar ta’ disgħin sena wara.
 
Fis-17 ta’ Ottubru 2014 id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni u l-Kumitat Festi Nazzjonali organizzaw ċerimonja għat-tfal tal-iskejjel biex jitfakkar il-Poeta Nazzjonali. Iċ-ċerimonja saret maġenb il-monument tiegħu fil-Furjana.
 
L-għodwa bdiet b’korteo mill-iskola Primarja tal-Furjana fl-10 ta’ filgħodu. Matul iċ-ċerimonja nqraw poeżiji mill-istudenti u tqegħid ta’ fjuri mal-monument. Saru diskorsi mill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo, u mid-Direttur Ġenerali għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni, is-Sur Ian Mifsud. Il-kantanta Doreen Galea kantat xi poeżiji ta’ Dun Karm, bil-mużika oriġinali tal-kompożitur Dominic Galea.