Noti għall-Kontributuri ta’ “Il-Malti”

Ir-rivista Il-Malti tikkonsisti f’xogħlijiet akkademiċi u letterarji li qatt ma jkunu dehru qabel. Il-kwalità tax-xogħol ippubblikat għandha tirrifletti l-pożizzjoni ta’ L-Akkademja tal-Malti bħala istituzzjoni mogħtija għat-twessigħ tal-produzzjoni letterarja bil-Malti, u għall-firxa ta’ studji marbutin mal-istess lingwa. Il-prinċipji u l-perspettivi tal-kontributuri jistgħu ma jaqblux ma’ dawk tal-Bord Editorjali, iżda dan il-Bord ma jaċċettax xogħlijiet li jkunu offensivi lejn xi identità razzjali, sesswali, jew reliġjuża.

 

Il-Manuskritt

  • Idealment il-kitba ma tkunx itwal minn 5000 kelma
  • Jintuża font b’karattri Maltin, preferibbilment Times New Roman, daqs 12 pt
  • It-test kollu jrid ikunjustified
  • Għal referenzi biblijografiċi u noti, ir-rivistaIl-Maltituża s-sistema tal-footnotes, noti li jidhru fil-qiegħ tal-paġna. Il-kittieba għandhom jużaw dawn in-noti bil-qies. Nissuġġerixxu li, b’mod ġenerali, diskors essenzjali għall-argument ta’ l-artiklu għandu jidħol fit-test ewlieni; diskors mhux rilevanti għall-artiklu għandu jitħalla barra.
  • Għal raġunijiet ta’ spazju,Il-Maltima jinkludix biblijografija fi tmiem l-artikli.

 

Stil ta’ Dokumentazzjoni

F’Il-Malti qed jintuża l-istil ta’ dokumentazzjoni mfassal mill-MLA (The Modern Language Association of America – www.mla.org). Dawn huma wħud mill-karatteristiċi ewlenin tiegħu:

  • kelmiet, frażijiet, u kwotazzjonijiet minn lingwi barranin għandhom jidhru bil-korsiv
  • kwotazzjoni ta’ aktar minn 40 kelma għandha tinqata’ mill-paragrafi tat-test ewlieni u tidher f’paragrafu għalih, żewġ ċentimetri ‘l ġewwa mill-marġni tax-xellug u b’font iżgħar mill-bqija tat-test (10 pt)
  • il-kwotazzjonijiet jingħalqu bil-virgoletti doppji ” “
  • l-ismijiet ta’ poeżiji, novelli u artikli jingħalqu bil-virgoletti doppji ” “
  • il-punteġġjatura (ngħidu aħna, virgola, punt u virgola, punt, punt interrogattiv, u punt esklamattiv) tidher fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-virgoletti doppji
  • l-ismijiet ta’ kotba, rumanzi u drammi jidhru bil-korsiv
  • fil-footnotes, l-MLA tissuġġerixxi li ma jintużawxibid.op. cit.

 

Eżempji

Dawn huma eżempji tipiċi ta’ l-ewwel referenza fil-footnotes għal testi stampati u elettroniċi:

Frantz Fanon, The Wretched of the Earth (London: Penguin, 1990) 190-199.

Peter Bonadella, and Julie Conaway Bonadella, ed., Dictionary of ltalian Literature (Westport: Greenwood, 1979).

Sam Ukala, “Politics of Aesthetics,” African Theatre: Playwrights and Politics, ed. Martin Banham, James Gibbs, Femi Osofisan (Oxford: James Currey, 2001) 30-31.

Patricia Monk, “Frankenstein’s Daughters: The Problems of the Feminine Image in Science Fiction,” Mosaic13.3-4(1980): 15-27.

The THCME Medical Biochemistry Page, ed. Michael W. King, 16 ta’ Awwissu, 1999. Terre Haute Center for Medical Education, 24 ta’ Awwissu, 1999

 

Referenzi

Referenzi għal testi li jkunu diġà ssemmew fil-footnotes iridu jkunu qosra.

L-ewwel referenza:

Wolfgang Iser, The Act of Reading – A Theory of Aesthetic Response (Baltimore: The Johns Hopkins UP, 1978) 64.

Ir-referenza ta’ wara:

Iser 61.

Jekk hemm referenzi għal testi oħra ta’ Iser, it-tieni referenza u ta’ warajha jsiru hekk:

Iser, The Act of Reading 61.

 

Hemm għadd ta’ siti elettroniċi li jagħtu ħjiel ta’ dan l-istil, bħal din. Hu importanti li l-kontributuri jsegwu kemm jista’ jkun dan l-istil.

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.