Ir-rivista Il-Malti tikkonsisti f’xogħlijiet akkademiċi u letterarji li qatt ma jkunu dehru qabel. Il-kwalità tax-xogħol ippubblikat għandha tirrifletti l-pożizzjoni ta’ L-Akkademja tal-Malti bħala istituzzjoni mogħtija għat-twessigħ tal-produzzjoni letterarja bil-Malti, u għall-firxa ta’ studji marbutin mal-istess lingwa. Il-prinċipji u l-perspettivi tal-kontributuri jistgħu ma jaqblux ma’ dawk tal-Bord Editorjali, iżda dan il-Bord ma jaċċettax xogħlijiet li jkunu offensivi lejn xi identità razzjali, sesswali, jew reliġjuża.
Ħajr lill-Arkivju Nazzjonali, ir-Rabat, William Thierens u l-Bibljoteka tal-Università