L-Istorja tiegħu

L-Istorja tal-Ilsien Malti

miktuba minn Dr Mario Cassar


1350 – 1600 | 1600 – 1700 | 1800 – 1850 | 1850 – 1900 | 1950 – 2000 | 2000 – 


1364
L-eqdem dokument li jsemmi l-Ilsien Malti jgħid li l-patrijiet Benedittini ta’ Katanja ma setgħux jiftħu monasteru f’Malta għax ma kinux jafu bil-Malti.

1426
Fl-atti tan-Nutar A. de Manuele, il-Malti hu msejjaħ lingua arabica.

300px-Peter_Caxaro_-_Cantilena
‘Il-Kantilena’ ta’ Pietru Caxaro

1436
Fit-testment ta’ ċertu Pawlu Peregrino, il-Malti jissejjaħ b’ismu għall-ewwel darba: lingua maltensi.

1450
Fi żmien il-ħakma Spanjola tinkiteb l-eqdem poeżija bil-Malti: ‘Xidew il-Qada’, magħrufa wkoll bħala l-‘Kantilena’, ta’ Pietru Caxaro (c. 1410-1485). Kopja ta’ din il-poeżija, li saret minn Brandano Caxaro fl-1533-36, instabet fl-1966 u ġiet ippubblikata fl-1968 minn Godfrey Wettinger u Mikiel Fsadni.

1473
F’dokument li jirrigwarda proċess kriminali fil-qorti naqraw l-eqdem framment bil-Malti f’kuntest non-letterarju: ‘Hu biex isfiduene’ (‘U biex jisfidawna’).

1486-1501
Fl-atti notarili ta’ Giacomo Zabbara niltaqgħu ma’ ħafna toponimi lokali u anki ma’ xi kliem Malti li flimkien isawru kompendju lingwistiku ta’ siwi kbir.

1524
Il-Kummissjoni mibgħuta mill-Ordni ta’ San Ġwann sabiex titkixxef fuq Malta tirrapporta li l-abitanti tal-gżira jitkellmu bil-lingwa Moreska. Il-Kavallieri, eventwalment, ġew Malta fl-1530.

1533-36
Fir-reġistri tan-nutar Brandano de Caxaro, li fihom dehret il-‘Kantilena’ ta’ qaribu Pietru Caxaro, il-Malti hu msejjaħ lingua melitea.

1536
Jean Quintin d’Autun, magħruf bħala Quintinus (m. 1561), fil-ktieb tiegħu Insulae Melitae Descriptio, jiddeskrivi l-Malti bħala ‘lingwa Afrikana’. Hu kien żar Malta ftit qabel il-miġja tal-Ordni.

Sebastian Munster
Sebastian Mûnster (1544)


1544
Sebastian Münster (m. 1552), fil-Geographia Specialis, it-tieni volum tax-xogħol monumentali tiegħu Cosmographey, isemmi l-lingwa ‘Afrikana’ tal-Maltin.

Tommaso Fazello (1558)
Tommaso Fazello (1558)

1558
Tommaso Fazello (m. 1570), patri Benedittin Sqalli, fil-ktieb De rebus Siculis decades duae jgħid li l-Maltin jużaw il parlar saracino.

1561
Titwaqqaf l-Inkwiżizzjoni Rumana f’Malta. Fir-reġistri tagħha, sporadikament, niltaqgħu ma’ frażijiet, talb, inkanteżimi, u anki dagħwiet bil-Malti li kienu jiġu rreġistrati mill-iskribi waqt il-proċessi. Hekk, pereżempju, fl-1579, l-imħallef Dr Melchior Cagliares hu kkwotat li qal: ‘Le tibzax hecde kif fixkilt lohrajn infixkil lilik’ (‘La tibżax hekk kif fixkilt lill-oħrajn infixkel lilek’).


1565
Ħabta ta’ daż-żmien, Gian Battista Tebaldi jżur Malta u jiddeskrivi l-Malti bħala lsien Feniċju.

Il-ktieb ta' Porcacchi (1572)
Il-ktieb ta’ Porcacchi (1572)

1567
Fil-ktieb De bello melitensi historia ta’ Giovanni Antonio Viperano (m. 1610), il-Malti, għal darba oħra, hu deskritt bħala ‘lingwa Afrikana’.

1572
Il-poeta u storiku Taljan Tommaso Porcacchi (m. 1585), fil-ktieb L’isole più famose del mondo, jgħid li l-Malti hu lsien ta’ nisel Kartaġiniż.

1575
Il-Franċiż André Thevet (m. 1590), fil-ktieb tiegħu Cosmographie Universelle, jiddeskrivi l-Malti bħala lingwa Moreska. Hu jagħti wkoll lista ta’ toponimi lokali.

Andre Thevet
Andre Thevet (1575)

1582-88
Giovanbattista Leoni (1582), Samuel Kiechel (1585), u Michiel Heberer von Bretten (1588) jirreferu għall-Malti bħala lingwa Għarbija.

1584
Pasquale Vassallo, patri Dumnikan, jikteb għadd ta’ canczuni (għanjiet) bit-Taljan u bil-Malti. Ebda waħda minnhom ma waslet għandna għax inħarqu fuq l-Ordni tal-Inkwiżitur fl-1585 minħabba l-kontenut ‘żieni’ tagħhom.

1594-1602
Giacomo Bosio (m. 1627), fil-ktieb Dell’Istoria della Sacra Religione et Illustrissima Militia di San Giovanni Gierosolimitano,  itenni l-idea li l-Malti hu ta’ nisel Kartaġiniż. Bosio jgħid li waqt it-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-Belt Valletta fl-1566, xi Maltin anzjani nstemgħu jgħidu: ‘Iegi zimen en fel wardia col sceber raba iesue uquie’ (‘Jiġi żmien li fil-Wardija [l-Għolja Sciberras] kull xiber raba’ jiswa uqija’). Dan il-vers hu aktarx l-eqdem kampjun ta’ Malti stampat.

Megiser
Thesaurus Polyglottus ta’ Megiser (1603)
Hieronymus Megiser (1603)
Hieronymus Megiser (1603)

1603-06
Hieronymus Megiser (m. 1618), vjaġġatur Ġermaniż, jikteb lista ta’ kliem Malti, l-ewwel fil-ktieb Thesaurus Polyglottus (ippubblikat fl-1603), imbagħad fil-famuż Propugnaculum Europae (ippubblikat fl-1606). Megiser, li kien żar Malta fl-1588/89, isostni li l-Malti huwa lsien Puniku.

1615
Fil-ktieb Estates, Empires and Principalities (ippubblikat bil-Franċiż sena qabel), Pierre D’Avity (m. 1640) jiddeskrivi l-Maltin bħala nies rozzi li jitkellmu b’Għarbi korrott.

1632
Johann Friedrich Breithaupt, fil-ktieb Christliche Helden Insel Malta (Malta, Gżira ta’ l-Eroj Insara) jiddeskrivi l-Malti bħala lingwa barbara ta’ xeħta Moreska jew Għarbija.

1640
L-ewwel dizzjunarju tal-Malti li nafu bih inkiteb mill-kavallier Franċiż Thezan, probabbilment Francois de Vion Thezan Court (m. 1649). Dan id-dizzjunarju aktarx qatt ma ġie stampat fi żmienu u l-manuskritt oriġinali s’issa għadu ma nstabx. Fil-bidu tiegħu hemm xi noti dwar il-grammatika Maltija, filwaqt li fl-aħħar hemm għadd ta’ istruzzjonijiet għas-suldati bit-Taljan u bil-Malti. Kopja tiegħu (aktarx miżjuda minn ħaddieħor) kienet ippubblikata minn Arnold Cassola fl-1992 bl-isem Regole per la Lingua Maltese.

1647

Ġan Franġisk Abela
Ġan Franġisk Abela (1647)

Ġan Franġisk Abela (1582-1655) jinkludi żewġ paġni u nofs dwar l-Ilsien Malti f’Della Descrittione di Malta Isola nel Mare Siciliano.

1660
Burchardus Niderstedt, fil-ktieb Malta vetus et nova, jirribatti t-teorija Punika tal-Malti.

1664
Sir Philip Skippon (m. 1692), vjaġġatur Ingliż, jiġbor lista oħra ta’ 355 kelma bil-Malti. Din ma dehritx qabel l-1732 fil-ktieb Account of a Journey Made Thro’ Part of the Low Countries, Germany, Italy, and  France Il-kollega tiegħu John Ray (m. 1705) isostni li l-abitanti tal-gżira jitkellmu b’ilsien Moresk jew Għarbi.

Athanasius Kircher
Athanasius Kircher (1664)

Athanasius Kircher (m. 1680), f’Mundus Subterraneus, jgħid li l-Maltin kienu ‘jitkellmu bl-Għarbi pur mingħajr taħlit, la mat-Taljan u lanqas ma’ xi lingwa oħra’. Hu kien żar Malta fl-1637-38.

1668

Il-ktieb ta' Dapper (1668)
Il-ktieb ta’ Dapper (1668)

Fil-ktieb Description of the African Islands (tradott għall-Ingliż mill-oriġinali bl-Olandiż minn John Ogilby, m. 1687), Olfert Dapper (m. 1689) jgħid li l-Maltin jitkellmu b’Għarbi mkisser.

 

Giovanni Francesco Buonamico (1672)
Giovanni Francesco Bonamico (1639-1680)

 1670 
Giovanni Francesco Bonamico (1639-1680), fil-ktieb botaniku tiegħu Brevis notitia plantarum quae in Melita ac Gaulo insulis obsevantur, jinkludi l-ismijiet ta’ ħafna ħxejjex bil-Malti. Bonamico kiteb ukoll grammatika tal-Malti li fiha uża l-alfabett miġjub minn Ġan Franġisk Abela fid-Descrittione di Malta (1647); il-manuskritt illum hu mitluf.

1672-75
Tidher il-poeżija Lill-Granmastru Cottoner ta’ Giovanni Francesco Bonamico, traduzzjoni ta’ xogħol tiegħu bil-Franċiż. Waslet għandna bis-saħħa ta’ Ġan Franġisk Agius de Soldanis, c. 1750.

1677
Fil-Hierolexicon, Domenico (m. 1672) u Carlo Magri (m. 1693) jagħtu l-etimoloġija ta’ xi kliem Malti. Dan kien il-verżjoni Latina tal-enċiklopedija Notitia de vocaboli ecclesiastici li ħarġet għall-ewwel darba fl-1644.

1690
Il-vjaġġatur Franċiż Sieur du Mont jgħid li l-Maltin tal-kampanja kienu jitkellmu bi djalett korrott tal-Għarbi.

1694
Anselmo Pajoli (m. 1711) jgħid li l-Maltin kienu jitkellmu b’Għarbi mħassar imħallat b’Taljan imgerfex.

Lejn tmiem is-seklu XVII
Skont Agius de Soldanis, Mgr Fra Domenico Sciberras, Isqof ta’ Epifanja, kien kiteb grammatika Punika-Maltija; kif l-istess għamel De Tournon, kavallier tal-Ordni. M’għandna l-ebda traċċa ta’ dawn iż-żewġ xogħlijiet.

1700
John Dryden, Jnr josserva li l-Malti jixbah ħafna l-lingwa Moreska mitħaddta f’Feż, il-Marokk. Il-memorji tal-vjaġgi tiegħu ma dehrux qabel l-1776.

1700
‘Jaħasra Mingħajr Ħtija,’ poeżija ta’ awtur anonimu Għawdxi. Waslet għandna bis-saħħa ta’ Agius de Soldanis, c. 1750, iżda ġiet ippubblikata għall-ewwel darba minn Ninu Cremona fl-1931.

1718
Il-professur Ġermaniż Johannes Heinrich Maius (m. 1732) jippubblika studju bl-isem Specimen Lingua Punicae in hodierna Melitensium superstitis li fih jinkludi l-Pater Noster bil-Malti. Maius qatt ma ġie Malta u qagħad fuq li qallu l-Ġiżwita Malti Ribier de Gattis; bażikament li l-Malti hu ‘l-fdal li baqa’ mill-ilsien Puniku qadim.’

1730
Kurunella bil-Malti ta’ Dun Franġisk Wizzino (m. 1777); kurunella oħra tal-istess qassis hija tal-1741.

1738
Poeżija anonima fuq il-qtil tal-patri-lettur Grimani fil-kunvent tad-Dumnikani, imsemmija u miġbura fl-iStromati ta’ Ignazio Saverio Mifsud.

1739-46
Il-prietki manuskritti ta’ Patri Ignazio Saverio Mifsud (m. 1773) huma aktarx l-ewwel xogħlijiet ta’ proża bil-Malti li nafu bihom.

1749
Dun Ġwann Cachia jikkorrispondi ma’ Agius de Soldanis fuq il-Malti. Cachia kien jikteb bil-Malti b’alfabett magħmul minn simboli Latini u Għarab.

Il-grammatika ta' De Soldanis (1750)
Il-grammatika ta’ De Soldanis (1750)

Il-poeżija anonima ‘Fuqek Nitħaddet Malta’ li titkellem dwar ir-Rewwixta tal-Ilsiera tal-1749. Il-versi probabbilment inkitbu xi żmien wara dan l-avveniment.

1750
Ġan Franġisk Agius de Soldanis joħroġ il-volum Della lingua Punica presentamente usata da maltesi li jinkludi Nuova Scuola di Grammatica per agevolmente apprendere la lingua Punica-Maltese.

Tagħlim Nisrani ta' Wizzino (1780)
Tagħlim Nisrani ta’ Wizzino (1780)

1752
Jidher l-ewwel ktieb stampat bil-Malti (b’test parallel bit-Taljan): Tagħlim Nisrani ta’ Dun Franġisk Wizzino. Dan il-katekizmu (traduzzjoni tad-Dottrina Cristiana tal-Kardinal Bellarmino) sar bl-ordni tal-Isqof Paolo Alpheran de Bussan.

1754
Il-Journal Etranger ta’ Pariġi, fir-reċensjoni tal-grammatika ta’ Agius de Soldanis, jikkonferma li l-xebh li hemm fil-kliem Malti mal-Puniku mhu xejn għajr dak li wieħed isib fl-ilsna Semitiċi kollha.

Wara l-1754
Il-Konti Giovanni Antonio Ciantar (1696-1778) jikteb De Punica Melitensium Lingua, dissertazzjoni (mhux ippubblikata) maħsuba biex tirribatti t-teorija tan-nisel Puniku tal-Malti ta’ Agius de Soldanis.

1755-59
Agius de Soldanis jaħdem fuq dizzjunarju tal-Malti li baqa’ manuskritt: Damma tal-Kliem Kartaġiniż Imxerred fil-Fomm tal-Maltin u l-Għawdxin (4 volumi). Lejn nofs is-seklu tmintax huwa kiteb ukoll it-tieni edizzjoni tal-grammatika, Nuova Scuola dell’antica lingua Punica scoperta nel moderno parlare Maltese e  Gozitano, li tinkludi, fost ħwejjeġ oħra, it-tmien Djalogi (ippubblikati  minn Ġużè Cassar Pullicino fl-1947) u xi talb bil-Malti bħalma huma l-Pater Noster, il-Kredu, il-Litanija tal-Madonna, u l-Miserere.

1758
Sonetto Punico-Maltese in Onore Dell’Illmo. Signr. Dr. Ludovico Coltellini, poeżija akrostika ta’ mertu letterarju skars miktuba minn Agius de  Soldanis. Din kienet stampata għall-ewwel darba minn Ġużè Cassar Pullicino fl-1948.

1760
Żwieġ la Maltija, versi burleski għall-jiem tal-Karnival, miktubin minn Dun Feliċ Demarco.

1764
Ignazio Sverio Mifsud fil-Biblioteca Maltese jsemmi grammatika Maltija b’dizzjunarju Malti-Taljan-Franċiż (illum mitluf) tal-Kommendatur Fra Francesco Bardon.

1765-75
Dizzjunarju Malti-Taljan mhux stampat, forsi ta’ Patri Pelaġju (Bartolomeo) Mifsud (1707-1781) u msejjes fuq Thezan. Fl-1996 Arnold Cassola stampa t-tieni nofs tiegħu bl-isem Il Mezzo Vocabolario Maltese-Italiano. In-nofs l-ieħor għadu mitluf.

1770
Imut Ġan Franġisk Agius de Soldanis.

A.C. de Gebelin
A.C. de Gébélin (1777)

1777-1782
Il-Franċiż Antoine Court de Gébélin (m. 1784), fit-trattat tiegħu fuq il-mekkaniżmu tal-lingwi, jgħid li l-vokabularju Malti hu essenzjalment ta’ xeħta Għarbija jew Moreska. Dan ix-xogħol kien parti mill-opra monumentali Monde primitif, analysé et comparé avec le monde moderne, ippubblikat f’disa’ volumi fis-snin imsemmija.

1777
Il-lingwista dilettant Svediż Jakob Jonas Bjoernstahl jirredikola t-teorija ta’ Agius de Soldanis li l-Malti hu mnissel mill-Puniku.

1780
Joħroġ il-Kompendju tat-Tagħlim Nisrani b’ordni tal-Isqof Vincenzo Labini; edizzjonijiet oħra ta’ dax-xogħol, li dehru fis-snin ta’ wara, kien jisimhom Miġimgħa.

1786
L-orjentalist Franċiż Joseph De Guignes (m. 1800), fil-Journal de Scavans, jiġbed l-attenzjoni dwar kemm is-suppost Għarbi tad-dokumenti psewdo-medjevali tal-Abbati Gużeppi Vella (m. 1814) kien jixxiebah mal-Malti; hu wasal għal din il-konklużjoni bis-saħħa tax-xogħol ta’ Agius de Soldanis, La Lingua Punica. Miegħu qabel l-orjentalist Sqalli Rosario Gregorio.

1788
L-ewwel alfabett ta’ Vassalli – l-Alfabeto Maltese.

1790
Jidher f’Ruma t-tieni alfabett ta’ Vassalli – l-Alfabet Malti Mfisser bil-Malti u bit-Taljan.

1791
Vassalli jippubblika f’Ruma l-Mylsen Phoenico-Punicum sive Grammatica Melitensis. L-alfabett tiegħu kien fih 33 ittra.

L-istoriku Franċiż Francois Emmanuel Guignard de St. Priest (m. 1821), fil-ktieb Malta par un Voyageur Francais, jippubblika tliet għanjiet qosra bil-Malti ta’ kwartina l-waħda, miktuba mill-Abbati Gioacchino Navarro (m. 1813). Dawn huma aktarx l-eqdem poeżiji stampati bil-Malti. Minkejja li St. Priest kien ħabib ta’ Agius de Soldanis, ma kienx jaqbel mat-teorija ‘Punika’ tal-Malti.

1796
Joħroġ f’Ruma d-dizzjunarju Ktieb il-Kliem Malti Mfisser bil-Latin u bit-Taljan, magħruf bħala l-Lexicon Melitense-Latino-Italum b’madwar 18,000 kelma. Fid-Discorso Preliminare Vassalli jinsisti li l-Malti għandu jkun l-ilsien nazzjonali u jattakka d-djalett belti mimli ‘barbariżmi’ ta’ nisel barrani.

Il-librett Il-Via Sagra u t-Triq Għażiża Li Għamel Sidna u Mulejna Ġesù Kristu (partijiet minnu bit-Taljan) stampat fl-istamperija tal-Granmastru.

1798-1800
Malta taħt il-Franċiżi. F’dan iż-żmien tidher L-Għanja tat-Trijonf tal-Libertà, traduzzjoni anonima bil-Malti ta’ poeżija Franċiża miktuba minn La Coretterie. Ma’ tmiem l-okkupazzjoni l-Gżejjer jgħaddu taħt il-protezzjoni tal-Kuruna Ingliża.

1804
Il-Kavallier Pierre-Marie-Louis de Boisgelin (m. 1816), fil-ktieb Ancient and Modern Malta, jiddeskrivi l-Malti bħala patois jew djalett kampanjol, aktar milli lingwa vera. Matul is-soġġorn tiegħu f’Malta huwa jidher li kiteb grammatika ċkejkna tal-Malti u kkompila xi djalogi, għanjiet, u rakkonti lokali.

J.C. Adelung (1806)
J.C. Adelung (1806)

1806
Johannes Cristoph Adelung (m. 1806) jiddedika sitt paġni għall-Ilsien Malti fix-xogħol monumentali tiegħu Mithridates.

1809
Johann Joachim Bellermann (m. 1842), fil-Poeniciae lingauae vestigiorum in Melitensi specimen, jerġa’ jrewwaħ it-teorija tan-nisel Puniku tal-Malti.

1810
L-orjentalist magħruf Wilhelm Gesenius (m. 1842), fil-Versuch über die Maltesische Sprache (Stħarriġ dwar l-Ilsien Malti), iwaqqa’ t-teorija ta’ Bellermann li l-Malti għandu nisel Puniku u jfisser ix-xebh kbir bejn il-Malti u l-Għarbi.

1813
Franġisku Saverju Baldacchino (1774-1860) hu l-awtur ta’ ġabra ta’ 13-il poeżija ta’ xejra devozzjonali, fosthom kurunella f’ġieħ Marija Bambina, miktuba f’manuskritt ta’ żmien il-pesta. L-istess saċerdot ħalla wkoll xi priedki bil-Malti li huma xempju tal-proża lokali fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax.

1818
Fit-tieni edizzjoni tal-ktieb Poems upon Several Subjects ta’ Mrs (Edward H.) Iliff jidhru żewġ poeżiji anonimi bil-Malti tradotti bl-Ingliż.

1822
Bl-inizjattiva tal-Bible Society in Malta jidher Il-Vanġelu ta’ San Ġwann, tradott minn Ġużeppi Marija Cannolo (1756-c.1840), b’alfabett imħallat b’simboli Latini u Għarab.

1824
Jidher l-ewwel ktieb sħiħ bil-Malti – Ktieb il-Qari Malti jew Daħla għall-Ilsien Malti  ta’ Francesco Vella u  Giuseppe Montebello Pulis.

1825
Vassalli maħtur għalliem tal-Malti u l-Ilsna Orjentali fl-Università b’talba ta’ John Hookham Frere. Sentejn wara l-Gvernatur Ponsomby laħħqu professsur.

1827
Vassalli jippubblika l-Grammatica della Lingua Maltese.

Bejn l-1827 u l-1831 il-botanista Dr Stefano Zerafa (m. 1871) joħroġ Flora Melitensis Thesaurus, ktieb dwar il-flora Maltija bl-ismijiet miktubun b’alfabett fonetiku maħluq minnu fuq il-passi ta’ Vassalli.

1828
Motti, Aforismi e Proverbi Maltesi ta’ Vassalli, miktub bl-alfabett li introduċa fil-grammatika tas-sena ta’ qabel.

A. I. S. de Sacy (1829)
A. I. S. de Sacy (1829)

1829
Fil-Journal des Scavans ta’ Pariġi, il-lingwista famuż Antoine-Isaac-Sylvestre de Sacy (m. 1838), filwaqt li jikkonferma li lsienna hu mnissel mill-Għarbi, jirrikonoxxi l-kontribut ta’ Vassalli fl-istudju xjentifiku tal-Malti.

Avvertimenti per la ristorazione della lingua maltese ta’ Mons. Giovanni Giuseppe Bellanti (m. 1861) jissuġġerixxi li l-Malti għandu jinkiteb b’karattri Għarab biss. Bellanti, flimkien ma’ ħuh Luigi, ħadem ukoll fuq dizzjunarju tal-Malti li baqa’ mhux mitmum.

Imut  Mikiel Anton Vassalli. Wara mewtu, il-Bible Society in Malta tippubblika l-Vanġeli u l-Atti tal-Appostli ta’ Vassalli. Vassalli kien ħadem fuq il-verżjoni Latina tal-Vulgata, li tidher f’test parallel mat-traduzzjoni Maltija.

1831

Tidher l-ewwel  grammatika tal-Malti bl-Ingliż, Maltese Grammar for the Use of the English, ta’ Francesco Vella.

Skond George Percy Badger (m. 1888), f’daż-żmien, diġà kienu qed isiru xi rappreżentazzjonijiet teatrali bil-Malti.

Joħroġ Ktieb il-Qari għat-Tfal, imfassal fuq l-ortografija ta’ Vassalli; probabbilment dan kien xogħol l-edukatur Giuseppe Naudi (m. 1864).

1832
Joħroġ Ktieb il-Qari fuq Bosta Ħwejjeġ, Maħtura minn Kotba Kattoliċi, b’test parallel bil-Malti u bl-Ingliż. L-awtur ta’ dan ix-xogħol għadu mhux magħruf; probabbilment kien Dr Cleardo Naudi, iżda hawn min jgħid li hu ta’ Vassalli.

Ludovik Mifsud Tommasi (1835)
Ludovik Mifsud Tommasi (1835)

1835
Ludovik Mifsud Tommasi jippubblika l-ewwel ġabra ta’ kurunelli fl-Istamperija tal-Gvern. Bejn l-1835 u l-1837 hu jippubblika mhux anqas minn 21 ktejjeb fl-istess stamperija.

1836
Luigi Rosato jikteb id-dramm ivversifikat Katarina (ippubblikat fl-1847), l-ewwel xogħol teatrali oriġinali bil-Malti li nafu bih. Fl-istess sena nafu li saru rappreżentazzjoni ta’ xi xogħlijiet tiegħu bil-Malti fit-Teatru Manoel.

Il-Kummissjoni Rjali Austin-Lewis tissuġġerixxi li l-Malti jibda jiġi mgħallem fl-iskejjel biex, permezz tiegħu, it-tfal jitgħallmu t-Taljan u l-Ingliż. Il-ktieb magħżul għall-użu fl-iskejjel kien dak ta’ Vella u Montebello Pulis tal-1824.

1838
Francesco Vella jippubblika Abbecedario għall-Qadi tal-Iskejjel ta’ Tagħlim Xilxieni; fih jiċħad l-alfabett imħallat (Għarbi-Ruman) li kien uża fix-xogħlijiet bikrija tiegħu favur alfabett kompletament Latin.

George Percy Badger, fil-ktieb Description of Malta and Gozo, jinkludi xi versi u għanjiet popolari bil-Malti.

Rev. Christoph Friedrich Schlienz (m. 1868), Għarabista Ġermaniż li għex Malta bejn l-1827-1842,  jippubblika Views on the Improvement of the Maltese Language and Its Proper Use for the Purpose of Education and Literature. Huwa jgħid li t-tfal, fi skola mmexxija mir-Rev. J. Keeling fil-Belt Valletta, kienu jitgħallmu jaqraw u jiktbu bil-Malti.

1839
Il-Gvern Kolonjali jipproklama l-Libertà tal-Istampa.

Bħala editur tal-ewwel ġurnal Malti, L-Arlekkin jew Kawlata Ingliża u Maltija, George Percy Badger jippubblika wkoll żewġ poeżiji: ‘L-Imħabba u Fantasija’ u ‘Sunett’.

Dun Salvatore Cumbo jibda joħroġ ir-rivista Il Filologo Maltese ddedikata għall-istudju tal-Malti. Huwa kkompila inventarju ta’ kliem bil-Malti, bil-Lhudi, bl-Aramajk, u bl-Għarbi sabiex juri x-xebh bejn dawn l-ilsna Semitiċi. Fil-ktejjeb Piano di Pubblica Istruzione,  jipproponi alfabett Malti b’ittri Rumani b’żieda ta’ xi ittri oħrajn.

1840
L-alfabett ta’ Dr Zerafa jibda jintuża wkoll mis-Soċjetà Ekonomika Agrarja.

1841
George Percy Badger jippubblika A Letter on the Eligibility of the Maltese Dialect as a Written Medium of Instructionin in the Government Primary Schools u jippreżenta s-sistema alfabetika tiegħu. Fil-ktieb jinkludi l-famuża ‘Stedina għal Tagħlim il-Malti’ ta’ Vassalli. F’dan iż-żmien Badger kien qed jaħdem ukoll fuq dizzjunarju Ingliż-Malti li baqa’ mhux ippubblikat. Francesco Vella jattakka s-sistema proposta minn Badger fl-opuskolu Scoperta di cinque nuove vocali di G.P. Badger.

Fil-ġurnal Il Filologo Maltese, Dun Salvatore Cumbo juri n-nuqqasijiet tad-diversi alfabetti eżistenti u jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hawn alfabett wieħed biex il-Malti jinkiteb b’mod uniformi.

Ġan Anton Vassallo (1842)
Ġan Anton Vassallo (1842)

1842
Ġan Anton Vassallo jikteb Il-Ġifen Tork (ippubblikat fl-1853).

1843
Titwaqqaf l-Accademia Filologica Maltese bl-għan li xxerred il-kitba bil-Malti.  Tħabbar l-alfabett tagħha fil-ktieb tal-iskola Tagħlim il-Qari Malti u tibda toħroġ r-rivista Il-Malti (sal-1844), bit-testi bil-Malti u bit-Taljan biswit xulxin.

Francesco Vella jippubblika Dizionario portatile delle lingue maltese, italiana e inglese.

F’daż-żmien bdew joperaw l-ewwel teatrini f’Malta, sewwasew fil-Birgu; fil-fatt insibu referenza għat-Teatrino della Vittoriosa.

Fortunato Panzavecchia (1844)
Fortunato Panzavecchia (1844)

1844
Il-Kan. Fortunato Panzavecchia jilħaq l-ewwel Direttur tal-Iskejjel Primarji u jniedi sensiela ta’ riformi biex imexxi l-Malti ’l quddiem fil-qasam tat-tagħlim.

1845
Joħroġ id-Dizionario Maltese-Italiano-Inglese ta’ Giovanni Battista  Falzon, aktarx imsejjes fuq dak ta’ Vassalli. It-tieni edizzjoni ħarġet fl-1882.

Il-Kan. Panzavecchia joħroġ il-Grammatica della Lingua Maltese; is-sistema ortografika tiegħu, ibbażata fuq dik ta’ Vassalli, baqgħet titħaddem fl-iskejjel sal-1850.

1846
Richard Taylor jibda joħroġ il-ġurnal Il-Ġaħan (sal-1848), li reġa’ deher fis-snin 1854-61. Jippubblika wkoll Ktieb is-Salmi tas-Sultan David u l-Kantiċi Miġjubin fl-Ilsien Malti u Il-Ħajja u l-Venturi ta’ Robinson Crusoe, addattament bil-Malti tar-rumanz ċelebri ta’ Daniel Defoe.

1847
Is-Society for Promoting Christian Knowledge (għaqda Protestanta) toħroġ  l-ewwel Testment il-Ġdid sħiħ bil-Malti. Dan kien xogħol ir-Rev. Michelangelo Camilleri li rriveda x-xogħol ta’ Vassalli.

Bdew joperaw l-ewwel teatrini fil-Belt Valletta bl-inizjattiva ta’ Carmelo Camilleri.

Alfabeto maltese: perfetta imitazione dell’italiano, con un vocabulario maltese-italiano-inglese tal-Baruni Vincenzo Azzopardi (m. 1857). Dan id-dizzjunarju kien jintuża fl-iskejjel primarji tal-Gvern.

1849
Il-Markiż Gustavo Barbaro di San Giorgio jilħaq Direttur tal-Edukazzjoni flok il-Kan. Panzavecchia; il-Malti jitneħħa mill-programm tal-istudji u jitħalla jintuża biss fit-tagħlim tal-katekiżmu. Jinqala’ ferment sħiħ fil-Kunsill tal-Gvern.

1850
Il-Kan. Paolo Pullicino jilħaq Direttur tal-Edukazzjoni u minnufih jerġa’ jdaħħal ir-riformi ta’ Panzavecchia. Fost ħwejjeġ oħra, l-alfabett tal-Accademia Filologica Maltese jiddaħħal fl-iskejjel flok dak ta’ Vassalli.

Panzavecchia beda joħroġ ukoll Dizionario etimologico maltese iżda laħaq ħareġ faxxiklu wieħed biss.

Imut il-Kan. Fortunato Panzavecchia.

1851
Il-Gvern jippubblika Libro primo di lettura maltese għall-użu fl-iskejjel primarji, xogħol tal-Kan. Pullicino. Libro secondo di lettura maltese deher is-sena ta’ wara.

1852
Il-Kan. Pullicino joħroġ Tagħlim il-Qari Malti Miktub għat-Tfal tal-Iskejjel.

1853
Ġan Anton Vassallo jippubblika Il-Ġifen Tork filwaqt li Ludovik Mifsud Tommasi joħroġ l-Inni Mqaddsa, traduzzjoni libera tal-innijiet tal-brevjar. It-tnejn flimkien jikkompilaw Poesie Maltesi ad Uso delle Scuole Primarie.

1855
Jiftaħ il-ħanut tal-kotba tad-ditta A.C. Aquilina & Co. Ltd., l-eqdem dar ta’ pubblikazzjoni f’Malta.

Il-Kav. Antonio Schembri (m. 1872) jippubblika Selva di Autori e Traduttori Maltesi.

Francesco Vella jippubblika l-opuskolu Osservazioni sull’alfabeto maltese dell’Ab. Dr. Salv. Cumbo.

1856
Piccolo Dizionario Maltese-Italiano-Inglese tal-Baruni Vincenzo Azzopardi u Vocabolario ortografico-pratico della lingua italiana con una vernacula traduzione maltese ta’ Achille Ferris.

Pietru Pawl Castagna (1856)
Pietru Pawl Castagna (1856)

Bejn 1856-59 La Compagnia Filodrammatica Vittoriosa kienet fost il-kumpanija teatrali ewlenin li bdiet tagħti rappreżentazzjonijiet bil-Malti. Il-moħħ tal-kumpanija kien Pietru Pawl Castagna.

Cesare Vassallo (m. 1882), il-bibljotekarju tal-Librerija Pubblika, joħroġ Catalogo dei Codici e Manoscritti inediti che si conservano nella pubblica biblioteca di Malta; fost ħwejjeġ oħra jelenka xi dizzjunarji mhux ippubblikati bħal Vocabolario Francese-Italiano-Maltese kif ukoll Una raccolta di parole maltesi coi loro equivalenti in Italiano ed in Latino. Ma nafux sew meta nkitbu dawn  iż-żewġ xogħlijiet anonimi.

1859
Fl-Eġittu tibda toħroġ il-gazzetta Il-Baħrija, aktarx l-ewwel ġurnal bil-Malti f’art barranija.

1862
Ġan Anton Vassallo, megħjun minn Salvu Agius, jippubblika Storja ta’ Malta Miktuba għall-Poplu, l-ewwel xogħol ta’ dix-xorta f’pajjiżna.

1863
Elvira jew Imħabba ta’ Tirann tal-Malti-Naplitan Prof. Giuseppe Folliero de Luna (m. 1894, in-nannu matern ta’ Dr Nerik Mizzi) huwa l-ewwel rumanz bil-Malti li nafu bih. Id-data hija biss tentattiva.

1865

Annibale Preca (1865)
Annibale Preca (1865)

Jibda joħroġ ktejjeb ta’ kull xahar bl-isem Ward u Żahar  (sal-1872) li kien jinkludi kitbiet letterarji ħfief u xi aħbarijiet tal-ġurnata. Fost il-kontributuri nsibu lil Annibale Preca, Achille Ferris, u l-Kan. Pullicino.

Il-Gvernatur Storks iwaqqaf kummissjoni lokali li tikkonkludi li t-Taljan għandu jkun is-sies tat-tagħlim fl-iskejjel filwaqt li l-Malti għandu jintuża biss għat-tagħlim bil-fomm fil-klassijiet iż-żgħar.

1866
Aħmed Faris ax-Xidjaq (m. 1887), fil-Kitab ar-Riħla ‘l-Mawsuma bil-Wasita ila Magħrifat Malta, jgħid li l-Maltin kienu jitkellmu b’Għarbi mħassar li għandu mid-djaletti tal-Magreb daqskemm mid-djalett tas-Sirja. Hu kien f’Malta fil-perjodu 1833-48.

1867
Saru l-ewwel rappreżentazzjonijiet teatrali bil-Malti fit-Teatru Rjal (li nfetaħ fl-1866).

1868
Imutu Francesco Vella, Ġan Anton Vassallo, u Richard Taylor.

1870
Fil-Kunsill tal-Gvern Salvatore Cachia Zammit (m. 1918) jerġa’ jisħaq fuq il-ħtieġa tat-tagħlim tal-Malti. Il-kontroversja twila li qanqal, eventwalment, ippreċipitat il-wasla tal-Kummissjoni Keenan fl-1878.

1872
Imut id-drammaturgu Luigi Rosato.

1873
Joħroġ għall-ewwel darba l-almanakk Il-Ħabib Malti.

1874
Jiftaħ il-ħanut tal-kotba ta’ Giovanni Muscat (m. 1896), li aktar tard espanda l-azjenda tiegħu f’dar ta’ pubblikazzjoni

c. 1875
Napuljun Tagliaferro ifassal alfabett fonetiku li aktar tard kellu jkun il-bażi ta’ dak ippubblikat minn Annibale Preca.

1876
Il-Manifest tas-Società per la Cultura della Lingua Maltese jgħid li l-għaqda twaqqfet bil-ħsieb li tikkoltiva l-Ilsien Malti.

Il-lingwista Ġermaniż Carl Sandreczki (m. 1892) jikteb l-istudju Die maltesische Mundart (Id-Djalett Malti) fil-ġurnal tas-Soċjetà Orjentali Ġermaniża.

Ġużè Muscat Azzopardi (1877)
Ġużè Muscat Azzopardi (1877)

1877
Ġużè Muscat Azzopardi jibda joħroġ l-ġurnal In-Naħla Maltija (sal-1879).

Imut Mons. Salvatore Cumbo.

Anton Muscat Fenech (1878)
Anton Muscat Fenech (1878)

1878
Giorgio Crispo Barbaro jibda joħroġ Il-Ħabbar Malti (sal-1895), li fih kienu jiktbu awturi bħal Anton Muscat Fenech (editur) u Dwardu Cachia.

Jasal Malta n-notorju Patrick Joseph Keenan sabiex jirrapporta fuq is-sistema edukattiva lokali. Hu mill-ewwel osserva t-telqa li kien jinsab fiha l-Malti f’kull qasam tal-ħajja.

 

1879
Ir-Rapport Keenan  jissuġġerixxi  li  l-Malti u l-Ingliż ikunu l-ilsna tat-tagħlim fl-iskejjel. L-implimentazzjoni tar-rapport twassal għall-ħolqien tal-Partit Riformista u l-Partit Anti-Riformista u tiftaħ beraħ il-Kwistjoni tal-Lingwa li tibqa’ ttawwal prattikament sal-1939.

Fl-ewwel mass meeting li qatt sar f’Malta, membri tal-Partit Riformista jindirizzaw il-folla bil-Malti qalb ċapċip kbir.

Imut Ludovik Mifsud Tommasi.

Dwardu Cachia (1880)
Dwardu Cachia (1880)

1880
Titwaqqaf ix-Xirka Xemija (Società Semitica) li bis-saħħa tagħha daħal it-tagħlim formali tal-Malti fl-iskejjel. Fost l-imseħbin insibu lil Napuljun Tagliaferro, Annibale Preca, Pawlu Bellanti, u Dwardu Cachia.

Wara t-tneħħija tal-Kan. Pullicino, Sigismondo Savona (m. 1908) jinħatar Direttur tal-Edukazzjoni u jaddotta r-Rapport Keenan bħala l-gwida tal-programm tiegħu. L-introduzzjoni tal-qari Malti fil-klassijiet primarji għadbet lill-Partit Anti-Riformista.

Patri Alfonso Maria Micallef, Kapuċċin (m. 1920), jikteb L-Alfabett Malti u jipproponi s-sistema ortografika tiegħu, filwaqt li Annibale Preca jippubblika Saggio intorno alla lingua maltese come affine all’ebraico.

1882
Sigismondo Savona jdaħħal l-alfabett tax-Xirka Xemija fl-iskejjel flok dak tal-Accademia Filologica Maltese.

Dizionario italiano, inglese, maltese ta’ Giovanni Battista Falzon. Fl-istess volum jikteb l-istudju Breve esposizione grammaticale della lingua maltese.

1883
Jidher l-Alfabett Fonetiku Malti għall-Iskejjel tal-Gvern ta’ Annibale Preca li, għajr għal xi differenzi żgħar, kien jixbah ħafna lil dak tax-Xirka. Fl-istess sena l-awtur joħroġ L-Ewwel Ktieb tal-Qari Malti.

1884
Alfredo Gouder iwaqqaf il-Kumpanija Filodrammatika Indipendenza li baqgħet tiddomina x-xena teatrali lokali għal aktar minn ħamsin sena; l-ewwel direttur tagħha kien Carmelo Camilleri.

Ix-Xirka Xemija tibda toħroġ Is-Sebħ – Qari bil-Malti  (sal-1886), fuljett letterarju li fih kienu jiktbu awturi bħal Napuljun Tagliaferro, Pawlu Bellanti, Dwardu Cachia, u Annibale Preca. Dan tal-aħħar joħroġ It-Tieni Ktieb tal-Qari Malti għall-Iskejjel tal-Gvern.

Imut il-lessikografu Giovanni Battista Falzon.

1885
Salvatore Mamo jippubblika English-Maltese Dictionary bl-alfabett tax-Xirka.

1887

Dun Amabile Sisner jibda joħroġ is-sensiela ta’ rakkonti storiko-reliġjużi bl-isem Ward Bla Xewk.

Sigismondo Savona jirreżenja mill-kariga ta’ Direttur tal-Edukazzjoni u l-ortografija tax-Xirka taqla’ daqqa ta’ ħarta.

1888
L-alfabett tax-Xirka jitneħħa u floku jerġa’ jidħol dak tal-Accademia Filologica bl-inizjattiva tad-Direttur tal-Edukazzjoni l-ġdid, Dr Annetto A. Caruana (m. 1905).

1889
Anton Manwel Caruana jippubblika Ineż Farruġ, l-ewwel rumanz letterarju Malti.

1890
Fl-istudju Lectures on the Comparative Grammar of the Semitic Languages, W. Wright jiddeskrivi l-Malti bħala l-aktar forma korrotta ta’ Għarbi; jikkwota x-xogħol ta’ Gesenius u Vassalli.

Imut il-Kan. Paolo Pullicino.

1892
Il-kumpanija Indipendenza tgħaddi f’idejn Mikelanġ Borg u tibda tagħti rappreżentazzjonijiet regolari fit-Teatru Manoel; ir-repertorju tagħha kien kollu kemm hu bil-Malti.

1893
Napuljun Tagliaferro jwaqqaf għaqda ġdida bl-isem Kumitat tal-Kittieba tal-Malti bl-għan li jitfassal alfabett aktar popolari minn tax-Xirka, iżda l-ħsieb tiegħu ma rnexxiex.

1894
Reġa’ sar tentattiv ieħor sabiex jinħatar kumitat li kellu jfassal alfabett; dan il-kumitat kien immexxi l-ewwel minn Anton Muscat Fenech, imbagħad minn Gianni Vassallo.

1895
Luigi Bonelli, li kien intbagħat Malta mill-Istitut Orjentali tal-Università ta’ Napli biex jistudja l-Malti, jippubblika l-osservazzjonijiet tiegħu fil-volum Saggi del folklore dell’Isola di Malta; fih jinkludi il-poeżija anonima ‘L-Għarusa tal-Mosta’.

1896
Il-kumpanija Indipendenza tidher għall-ewwel darba fit-Teatru Rjal f’serata ta’ benefiċjenza.

Sull’origine della lingua maltese – Studio storico, etnografico e filologico (studju) ta’ Anton Manwel Caruana.

1897
Fl-Archivio Glottologico Italiano, jidher is-suppliment ‘Il dialetto maltese: attinenze organiche tra il maltese e l’arabo’ ta’ Luigi Bonelli.

Tinħatar Select Committee sabiex issib tarf il-Kwistjoni tal-Lingwa. Wieħed mid-difensuri tal-Malti f’dan il-kumitat kien Dr Lorenzo Manchè (m. 1921) li sfortunatament ftit ingħata widen.

1898
Joħroġ għall-ewwel darba l-almanakk Il-Pronostku Malti mid-ditta Giovanni Muscat; dan baqa’ joħroġ sal-1997.

Dun Xand Cortis (1899)
Dun Xand Cortis (1899)

1899
Tibda toħroġ is-sensiela tal-Kotba tal-Mogħdija taż-Żmien bl-inizjattiva ta’ Alfons Maria Galea (direttur); kontributuri oħra kienu Dun Xand Cortis, Patri Manwel Magri, Dun Alwiġ Galea, u Annibale Preca. L-ewwel għadd kien ir-rumanzett Dik Xorti! Ta’ Preca.

Joħroġ ir-rapport tas-Select Committee, ibbażat l-aktar fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallef Paolo Debono (m. 1906). Il-Malti issa kellu jiġi mgħallem biss fl-ewwel żewġ klassijiet tal-primarja.

Fl-Osservazioni Filologiche jidher ix-xogħol ta’ Michelangelo M. Mizzi, ‘Di Alcuni Vocaboli Gaulo-Maltesi’.

1900
Jidher id-Dizzjunarju mill-Ingliż għall-Malti u mill-Malti għall-Ingliż ta’ Vincenzo Busuttil li mexa fuq l-alfabett tal-Accademia Filologica. It-tieni edizzjoni ħarġet fl-1932.

Patri Manwel Magri (1901)
Patri Manwel Magri (1901)

1901
X’Jgħid il-Malti (sal-1907): ġabra ta’ ħrejjef folkloristiċi miktubin minn Patri Manwel Magri fis-sensiela Kotba tal-Mogħdija taż-Żmien.

Joħroġ, Il-Muftieh tal-Kitba Maltija ta’ Ġanni Vassallo, wieħed mill-imseħbin tal-Kumitat tal-Kittieba tal-Malti. L-alfabett tiegħu kien jixbah lil tal-Accademia Filologica, iżda ftit kienu l-kittieba li laqgħuh.

Imut il-lingwista Annibale Preca.

1903
Joħroġ il-Vocabolario  della  Lingua  Maltese ta’ Anton Manwel Caruana, dizzjunarju mibni fuq kriterji puristiċi; fid-daħla jikteb ‘Principi di grammatica maltese’.

Imut il-kummedjografu Carmelo Camilleri.

1904
Jidhru f’Leipzig Maltesische Studien (Studji Maltin) u Maltesische Märchen Geschichten und Rätsel (Ħrejjef, Stejjer, u Xaradi Maltin) ta’ Hans Stumme (m. 1936); hu jiddeskrivi l-Malti bħala lsien Għarbi-Sirjak. Fir-reċensjoni ta’ dan l-aħħar ktieb, il-lingwista Ġermaniż Theodor Nöldeke (m. 1930) jiċħad it-teżi ta’ Stumme u jorbot il-Malti mad-djalett tal-Magreb.

Malta Cananea ossia Investigazioni filologico-etimologiche nel linguaggio maltese, studju lingwistiku ta’ Annibale Preca (mitbugħ wara mewtu).

Imut Salvatore Castaldi.

1905
L-ewwel traduzzjoni sħiħa tad-Divina Commedia, miġjuba u mfissra bil-Malti minn Alfredo Edoardo Borg.

Dr Vincenzo Caruana-Gatto (1906)
Dr Vincenzo Caruana-Gatto (1906)

1906
Anton Manwel Caruana jippubblika Sull’Origine della Lingua Maltese: studio storico, etnografico e filologico (mibdi fl-1896) waqt li Vincenzo Caruana-Gatto (m. 1926) jippubblika Monografia critica della lingua maltese.

Mons. E. Magro jippubblika English and Maltese Dictionary from A to L; it-tieni parti ma laħaqx lestieha.

Bertha Ilg (m. 1965) tippubblika Maltesische Märchen und Schwänke (2 volumi).

1907
San Ġorġ Preca jwaqqaf is-soċjetà tal-MUSEUM. Il-kitbiet tiegħu fuq il-morali, l-axxetika, u d-dommatika, li pproduċa tul medda twila ta’ snin, kellhom jgħinu sabiex jinħoloq lingwaġġ ta’ natura teoloġika fil-Malti.

Imutu Patri Manwel Magri, Dwardu Cachia, Anton Manwel Caruana, Achille Ferris, u Pietru Pawl Castagna.

1908

Agostino Levanzin (1908)
Agostino Levanzin (1908)


Jidher il-ġurnal In-Naħla (sal-1910), editjat minn Agostino Levanzin.

Carl Brockelmann (1908)
Carl Brockelmann (1908)

Fil-ktieb Grundriss der vergleichenden Grammatik der semitischen Sprachen (Studju Komparattiv tal-Grammatika tal-Ilsna Semitiċi, 2 volumi sal-1913), Carl Brockelmann (m. 1956) jinkludi l-Malti fil-familja tal-ilsna Semitici flimkien mal-Għarbi, l-Aramajk, il-Lhudi, u lingwi oħra.

 

1909
Hans Stumme  jippubblika Maltesische Volkslieder (Għanjiet Folkloristiċi Maltin), ġabra ta’ 400 għanja popolari kkompilati minn Bertha Ilg.

Jidher ir-rumanz Nazju Ellul ta’ Ġużè Muscat Azzopardi.

1910
Il-Konslu Vassily Basil Roudanovsky jippubblika A Maltese Pocket Grammar, filwaqt li Napuljun Tagliaferro joħroġ l-istudju Sugli elementi costitutivi del linguaggio maltese.

Imut Anton Muscat Fenech.

Dun Karm Psaila (1912)
Dun Karm Psaila (1912)

1912
Imħajjar minn Ġużè Muscat Azzopardi, Dun Karm jibda jikteb bil-Malti. L-ewwel poeżija tiegħu bi lsienna kienet ‘Quddiem Xbieha tal-Madonna’.

Mons. Pawlu Galea u Ġużè Muscat Azzopardi jibdew joħorġu  Il-Ħabib (sal-1928). F’dan il-ġurnal Napuljun Tagliaferro jikteb l-artiklu kontroversjali ‘L-Ilsien Malti u l-Marokkin’.

1913
Ninu Cremona jikteb Il-Fidwa tal-Bdiewa, l-ewwel dramm klassiku bil-Malti.

Jinqala’ ferment sħiħ wara li fil-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ma jsir ebda diskors bil-Malti.

1914
Dun Karm (L-Ewwel Ward - 1914)
Nru 140 tas-sensiela Kotba tal-Mogħdija taż-Żmien jiġbor fih l-ewwel xogħlijiet ta’ Dun Karm Psaila bl-isem L-Ewwel Ward jew Ġemgħa ta’ Poeżijiet Li Ktibt bl-Ilsien Tagħna.

1915
Is-sensiela Kotba tal-Mogħdija taż-Żmien tasal fi tmiemha wara l-pubblikazzjoni ta’ 150 volum.

Napuljun Tagliaferro (1915)
Napuljun Tagliaferro (1915)

L’Elemento Neo-Latino nel Lessico Maltese, studju lingwistiku ta’ Napuljun Tagliaferro, miktub biex jikkumbatti t-tendenzi puristiċi.

Fl-ewwel ittra pastorali tiegħu, l-Arċisqof Mauro Caruana juża, barra t-Taljan, anki l-Malti; dan il-ġest qajjem protesti kbar.

Imut Napuljun Tagliaferro.

1916
Imut Dun Xand Cortis.

L-ewwel kunsill tal-Għaqda (1920)
L-ewwel kunsill tal-Għaqda (1920)

1920
Titwaqqaf l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti bil-ħidma ta’ Ġużè Muscat Azzopardi, Franġisku Saverju Caruana, Dun Karm, Ninu Cremona u oħrajn. L-għanijiet tal-Għaqda kienu t-tixrid tal-ilsien u l-letteratura Maltija kif ukoll it-tiswir ta’ ortografija standard.

Titwaqqaf ix-Xirka Filoloġika-Letterarja.

1921
Il-Kostituzzjoni l-ġdida tagħti d-dritt lir-rappreżentanti Maltin fis-Senat u l-Kunsill Leġislattiv li jiddibattu bil-Malti, bl-Ingliż, jew bit-Taljan.

Titwaqqaf  kummissjoni fi ħdan l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti biex tfassal alfabett ġdid. Dan tlesta, kien approvat u ġie ppubblikat mill-Għaqda fl-istess sena.

Vincenzo Busuttil u Tancred Borg jipproduċu d-Dizzjunarju Enċiklopediku mill-Ingliż għall-Malti u mill-Malti għall-Ingliż (12-il volum sa l-1932).

‘L-Ortografija Maltija’ (manuskritt) ta’ Gianni Vassallo u ‘Compedio sulla ortografia

Manwel Dimech (1921)
Manwel Dimech (1921)

razionale del dialetto maltese’ (manuskritt) ta’ Ninu Cremona.

Imut Manwel Dimech.

1922
L-Għaqda  tal-Kittieba  tal-Malti  tapprova  l-istatut  uffiċjali  tagħha u taħtar l-ewwel kumitat li kien jinkludi lil Ġużè Muscat Azzopardi (president) u Franġisku Saverju Caruana (segretarju).

Dun Karm_Innu MaltiDun Karm jikteb l-‘Innu Malti’; dan l-innu, immużikat minn Mro Robert Samut, jindaqq għall-ewwel darba fit-Teatru Manoel, fis-27 ta’ Diċembru 1922.

Imut il-lessikografu Vincenzo Busuttil.

1923
Il-membru parlamentari Robby Hamilton (tal-Partit Kostituzzjonali) iressaq mozzjoni biex il-Malti jsir it-tielet ilsien uffiċjali; madankollu, il-mozzjoni, li kienet issekondata mill-Partit tal-Ħaddiema m’għaddietx. Hamilton kien l-ewwel persuna li qatt tkellmet bil-Malti fil-Parlament, anki jekk spiċċa rredikolat mill-avversarji politiċi tiegħu.

Fil-ktieb Comparative Grammar of the Semetic Languages, De Lacy O’Leary isostni li l-Malti hu marbut mad-djaletti Għarab tal-Afrika ta’ Fuq, iżda li fih ukoll xi taħlit mal-Għarbi Sirjan.

Luigi F. Mizzi (m. 1935) jiddefendi l-Ilsien Malti fl-opuskolu What Is the Maltese Language?

1924
Bis-saħħa ta’ mozzjoni mressqa mill-membru parlamentari Laburista Turu Mifsud, il-Gvern jaċċetta li jippubblika l-grammatika tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, it-Tagħrif fuq il-Kitba Maltija, miktub minn Ninu Cremona u Ġanni Vassallo. Sal-lum dan il-ktieb għadu meqjus bħala l-qofol tal-ortografija u l-grammatika tal-Malti.

Ġużè Musact Azzopardi joħroġ l-ewwel verżjoni Kattolika bil-Malti tal-Erba’ Vanġeli u l-Atti tal-Appostli; hu kien beda jippubblikahom faxxiklu, faxxiklu sa mill-1895.

1925
Ninu Cremona jippubblika l-apoloġija lingwistika famuża tiegħu X’Inhu l-Malti Safi  li tirribatti l-pożizzjoni żbaljata tal-puristi.

Joħroġ l-ewwel għadd ta’ Il-Malti, il-fuljett tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti.

1926
Tibda toħroġ il-gazzetta Il-Kotra (sa l-1933) bl-ortografija tal-Għaqda; l-editur kien Ġino Muscat Azzopardi.

Imut Guliermu Arena.

1927
Dun Karm isir it-tieni President tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti. Jagħmel l-ewwel diskors kommemorattiv tat-8 ta’ Settembru.

Emenda fl-atti li jirregolaw il-professjoni notarili tippermetti li l-Malti jintuża f’kull dokument uffiċjali; jidhru wkoll l-ewwel avviżi bil-Malti fil-Gazzetta tal-Gvern. Il-liġi elettorali, ir-regolamenti tat-traffiku, u ċ-ċitazzjonijiet tal-qorti (apparti l-verżjoni bit-Taljan) bdew jidhru wkoll bil-Malti.

Imutu Ġużè Muscat Azzopardi u Pawlu Bellanti.

1928
Ninu Cremona u Pietru Pawl Saydon jippubblikaw l-opuskolu The Development of Maltese as a Written Language and its Affinities with Other Semitic Tongues.

Ġanni Vassallo joħroġ L’Ortografia Maltese mhux bl-alfabett tal-Għaqda

Mons. Luigi Vella (1928)
Mons. Luigi Vella (1928)

.

Fil-ġurnal Malta Letteraria Giovanni Curmi jippubblika Proverbi ed apoftegmi maltesi di Giampier Francesco Agius de Soldanis.

Imut ir-rumanzier Mons. Lwiġi Vella.

1929

Pietru Pawl Saydon jibda t-traduzzjoni monumentali tal-Kotba Mqaddsa mil-Lhudi u l-Grieg,  xogħol  li kellu jtemmu tletin sena wara, fl-1959. Tul dal-perjodu, bl-inizjattiva tas-Soċjetà tal-MUSEUM, it-72 ktieb tal-Bibbja jibdew jidhru wieħed wieħed.

L-Għaqda titlob lill-Gvern biex jagħraf uffiċjalment l-alfabett u l-ortografija tagħha; l-ortografija tal-Għaqda tibda dieħla fl-iskejjel elementari tal-Gvern, proċess li ħa sal-1932.

George John Ransley (m. 1983) jaddatta sistema ta’ shorthand bil-Malti fuq is-sistema Gregg.

Dun Ġużepp Farrugia (1929)
Dun Ġużepp Farrugia (1929)

Ninu Cremona jippubblika A Manual of Maltese Ortography and Grammar (mhux bl-alfabett ta’ l-Għaqda); Pietru Pawl Saydon jikteb Il-Malti u L-Ilsna Semin; u Giovanni Vella (m. 1941) joħroġ Il dialetto maltese – studio comparativo.

Imut Dun Ġużepp Farrugia.

1930
Emmanuel Benjamin Vella jibda joħroġ is-sensiela famuża Ġabra ta’ Ward (sal-1935) li kellha tibqa’ tintuża fl-iskejjel primarji għal tant snin.

Mikelanġ Borg (1930)
Mikelanġ Borg (1930)

Bejn l-1930-32 Mikelanġ Borg joħroġ ix-xogħlijiet kollha li kien ippreżenta mal-kumpanija Indipendenza f’erba’ volumi.

Jidher ir-rumanz Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka ta’ Ġwann Mamo.

Rużar Briffa (1931)
Rużar Briffa (1931)

1931
Titwaqqaf l-Għaqda tal-Malti (Università) minn Rużar Briffa (president) u Ġużè Bonniċi (segretarju), dak iż-żmien it-tnejn studenti tal-mediċina. Joħroġ l-ewwel għadd ta’ Leħen il-Malti, il-fuljett tal-istess għaqda.

Tasal il-Kummissjoni Rjali biex tgħarbel il-Kwistjoni tal-Lingwa. Sir Temi Zammit, li xehed quddiem il-Kummissjoni, żgur li kien strumentali fit-tħejjija tar-rapport li ħareġ fl-1932. Il-Gvern Ingliż idaħħal il-Malti fil-klassijiet primarji kollha.

Ġanni Vassallo joħroġ It-Tieni Muftieħ tal-Kitba Maltija, mhux bl-alfabett tal-Għaqda.

Pietru Pawl Saydon (1931)
Pietru Pawl Saydon (1931)

Pietru Pawl Saydon jinħatar professur tal-Iskrittura fl-Università ta’ Malta (sal-1964); joħroġ ukoll Tifsir il-Kliem sabiex jispjega xi kliem arkajku u xi neoloġiżmi li ħoloq hu stess fit-traduzzjoni tal-Pentatewku.

Ġużè Micallef jippubblika ‘L’elemento neolatino nel lesico maltese’ fil-ġurnal Malta.

1932
Id-Direttur tal-Iskejjel Elementari, fuq ordni tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Dr Enrico Mizzi, joħroġ direttiva sabiex il-Malti jinkiteb u jkun mgħallem b’mod li jservi għat-tagħlim tat-Taljan, u li għalhekk kellu jsir tibdil fis-sistema ortografika tal-Għaqda. L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti tipprotesta bil-qawwa kontra din l-impożizzjoni. L-Għaqda tal-Malti (Università), li appoġġjat il-protesta, titkeċca mill-Università.

Quddiem il-Kummissjoni Rjali Ġużè Micallef jaqra l-memorandum The Maltese Language, Its Nature, Paternity and Shortcomings. Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Malti għandu jiġi mgħallem fl-iskejjel b’impenn aktar xieraq.

Oreste Ferdinando Tencajoli joħroġ l-antoloġija Poeti Maltesi d’Oggi f’Ruma.

1933
Id-direttiva tal-Gvern tal-1932 ġiet irtirata meta l-amministrazzjoni tal-ġurnata ma baqgħetx fil-poter.

L-Għaqda tal-Malti (Università) terġa’ tibda taħdem fl-Università.

Il-ġurnal Leħen is-Sewwa jgħaddi f’idejn l-Azzjoni Kattolika, b’Herbert Ganado editur (sal-1939).

Annus mirabilis għal Dun Karm; fost oħrajn jikteb ‘Wied Qirda’, ‘Il-Ġerrejja u Jien’, u ‘Żagħżugħ ta’ Dejjem’.

Twaqqfet ix-Xirka għat-Tixrid tal-Ilsien Malti bil-ħsieb li xxandar u tmexxi l-kitba bil-Malti skond ir-regoli tal-Għaqda.

1934
Il-Malti u l-Ingliż jieħdu post it-Taljan bħala l-ilsna uffiċjali tal-pajjiż. Dan il-pass qanqal l-għadab tal-għedewwa tal-Malti, fosthom Sir Arturo Mercieca u l-Kamra tal-Avukati. B’effett ta’ din il-leġiżlazzjoni, jinstema’ l-ewwel każ bil-Malti fil-Qrati lokali.

L-ortografija mfassla u spjegata mill-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti tiġi rrikonoxxuta uffiċjalment mill-Istat.

1935
Il-Gvern iniedi konkors ta’ rumanzi. Meta ħareġ ir-riżulatat fl-1937, l-ewwel premju mar għal Taħt Tliet Saltniet ta’ Ġużè Aquilina.

Laurent Ropa jkun l-ewwel wieħed li jsejjaħ lil Dun Karm ‘Poeta Nazzjonali’.

Ninu Cremona
Ġużè Aquilina

Tagħlim fuq il-Kitba Maltija, L-Ewwel Ktieb ta’ Ninu Cremona.

Joħroġ l-ewwel volum ta’ Ġabra ta’ Kitba ta’ Temi Zammit; it-tieni volum ħareġ is-sena ta’ wara.

Isir l-ewwel eżami tal-Matrikola tal-Malti; il-Malti jsir ukoll suġġett obbligatorju fl-eżami għal mal-Gvern.

Jibdew it-trasmissjonijiet tar-Rediffusion; il-Malti jinstema’ għall-ewwel darba fuq ir-radju bil-fil.

Sir Temi Zammit (1935)
Sir Temi Zammit (1935)

Imut Sir Temi Zammit

1936
Il-Kostituzzjoni tal-1936 tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Malti; filwaqt li l-Ingliż jistabbilixxi ruħu bħala l-ilsien tal-amministrazzjoni, il-Malti jissejjaħ l-ilsien uffiċjali tal-qrati. It-Taljan ma jissemma mkien; anzi jitneħħa wkoll mill-Arkivji Notarili.

Joħroġ l-ewwel volum ta’ Ward ta’ Qari Malti, editjat minn Pietru Pawl Saydon u Ġużè Aquilina. Din kienet l-ewwel antoloġija rappreżentattiva u sistematika tal-letteratura Maltija. It-tieni volum ħareġ is-sena ta’ wara filwaqt li t-tielet volum ħareġ fl-1940.

Il-Ġiżwita Fr Edmund Sutcliffe (m. 1963) jippubblika A Grammar of the Maltese Language, forsi l-aqwa grammatika tal-Malti miktuba minn lingwista barrani. Ninu Cremona jippubblika l-ewwel edizzjoni tat-Tagħlim fuq il-Kitba Maltija, forsi l-aħjar grammatika lokali tal-Malti.

Dun Karm jittraduċi ‘I Sepolcri’ (‘L-Oqbra’) ta’ Ugo Foscolo. Jibda jxandar ukoll  id-Dizzjunarju Ingliż-Malti (mibdi fl-1935 u mitmum fl-1955).

1937
Ġużè Aquilina jilħaq Professur tal-Malti u l-Ilsna Orjentali fl-Università, kariga li jibqa’ jżomm sal-1976. Immedjatament jitlaq lejn Londra sabiex ikompli l-istudji tiegħu fuq l-Ilsna Semitiċi.

Laurent Ropa jippubblika f’Tuneż l-antoloġija ta’ poeżija Maltija Poètes Maltais li hu stess ittraduċa għall-Franċiż.

Imut Ġanni Vassallo.

                                               1938

Ġużè Bonnici (1938)
Ġużè Bonnici (1938)

Ninu Cremoma jippubblika t-tieni volum tat-Tagħlim fuq il-Kitba Maltija.

Tibda l-Ġabra ta’ Kitba Maltija bl-inizjattiva ta’ Ġużè Bonnici. L-ewwel ktieb fis-sensiela jkun Anġli tan-Niket (rumanz) ta’ Ġino Muscat Azzopardi.

Nirien (poeżiji) ta’ Karmenu Vassallo, wieħed mill-kotba fundamentali fl-istorja tal-poeżija Maltija; u ‘Il-Jien u Lilhinn Minnu’ (poema) ta’ Dun Karm, forsi l-aqwa xogħol poetiku fil-letteratura tagħna.

Ġużè Ellul Mercer (1938)
Ġużè Ellul Mercer (1938)

Jidhru  r-rumanzi: Taħt Tliet Saltniet ta’ Ġużè Aquilina,  Leli ta’ Ħaż-Żgħir ta’ Ġużè Ellul Mercer, u Triq id-Dejqa Nru 13 ta’ Ivo Muscat Azzopardi, aktarx l-ewwel rumanz ‘isfar’ oriġinali bil-Malti.

May Butcher (m. 1950) tippubblika Elements of Maltese, grammatika elementari tal-Malti.

Anton Buttigieg (1939)
Anton Buttigieg (1939)

1939
Titwaqqaf ix-Xirka għat-Tixrid tal-Ilsien Malti  (differenti minn dik tal-1933) minn Ġużè Bonnici (president), Ġużè Chetcuti, Ġorġ Pisani, u Anton Buttigieg. Ftit wara, ix-Xirka tibda xxandar programmi letterarji fuq ir-Rediffusion.

Bejn l-1939 u l-1940 it-Taljan Giuseppe Barbera ħareġ id-Dizionario maltese-arabo-italiano f’Bejrut, il-Libanu. Fl-ewwel volum jidher is-saġġ ‘Cenni storici su Malta e le lingue semitiche’.

L-ewwel żewġ volumi ta’ Il-Għana ta’ Dun Karm: X’Ħabb u x’Ħaseb  il-Poeta u X’Emmen il-Poeta. It-tielet volum, X’Għamel Iżjed il-Poeta, ħareġ is-sena ta’ wara, ippubblikati minn Ġużè Bonnici.

Alla taż-Żgħażagħ ta’ Karmenu Vassallo, aktarx l-ewwel volum ta’ kritika letterarja bil-Malti.

Imut Mikelanġ Borg, il-moħħ tal-kumpanija ‘Indipendenza’.

1940
Tinqara l-ewwel pastorali sħiħa bil-Malti fil-knejjes.

Kelinu Vella Haber iwaqqaf ix-Xirka għat-Tixrid tal-Malti – Nadur; ftit żmien wara tiftaħ fergħa oħra tax-Xirka fix-Xagħra.

Imut  Ġużè Bonnici.

1941
L-‘Innu Malti’  jiġi rrikonoxxut uffiċjalment  bħala l-Innu Nazzjonali.

Ġużè Aquilina jsir president tal-Għaqda tal-Malti (Università); iniedi kors speċjali tal-Malti għall-ħtiġijiet tal-prokuraturi legali.

L-ewwel edizzjoni tal-Kalepin (Damm il-Kliem) Malti-Ingliż tal-Kap. Edward D. Busuttil (it-tifel ta’ Vincenzo Busuttil). It-tieni edizzjoni ħarget fl-1950.

Ġwann Mamo (1940)
Ġwann Mamo (1940)
Alfons Maria Galea (1941)
Alfons Maria Galea (1941)

Imutu Ġwann Mamo u Alfons Maria Galea.

1942
Erin Serracino-Inglott jibda jikkompila d-dizzjunarju tiegħu li aktar tard kellu jissawwar f’Il-Miklem.  

1943
Kelinu Vella Haber iwaqqaf il-fergħa tax-Xirka tal-Malti għat-Tfal fil-Ħamrun, filwaqt li Bro. Amedy Charles u Bro. Henry jwaqqfu fergħa oħra fil-Kulleġġ Stella Maris, il-Gżira. Bis-saħħa ta’ dawn l-inizjattivi żviluppa malajr il-Moviment tal-Malti li baqa’ attiv sal-bidu tas-sebgħinijiet. Fl-istess sena, fuq ir-Rediffusion, Vella Haber jiddrammatizza n-novella L-Għenieqa ta’ Wiżu ta’ Temi Zammit, aktarx l-ewwel radjudramm imxandar bil-Malti.

1944
Jitwaqqaf il-Kunsill Ċentrali tal-Malti biex iħares u jmexxi ’l quddiem l-ilsien u l-letteratura Maltija. Il-Kunsill kien jinkludi fih rapprezentanti mill-għaqdiet kollha tal-Malti.

1945
Dun Karm jingħata d-D.Litt. (Honoris Causa) mill-Università ta’ Malta għall-kontribut letterarju tiegħu. Din kienet l-ewwel darba li xi ħadd irċieva dan l-unur.

A Historical Review of the Maltese Language (studju) ta’ Ninu Cremona u L-Ilsien Malti (studju) ta’ Ġużè Aquilina.

1946
Tibda topera l-Liġi tal-Edukazzjoni Obbligatorja; il-Malti jsir wieħed mis-suġġetti obbligatorji fl-iskejjel.

Nikol Biancardi jwaqqaf l-Għaqda Maltija Bajda u Ħamra li torganizza l-ewwel konkors teatrali f’Malta; dan sar fir-Radio City Opera House, il-Ħamrun.

It-teatru Malti jkompli jieħu r-ruħ bit-twaqqif ta’ tliet kumpaniji oħra: il-Malta Drama League, il-Maleth, bl-inizjattiva ta’ Anthony (Nosì) Ghirlando; u l-Fergħa Drammatika Għaqda tal-Malti (Università), bl-inizjattiva tal-Prof. Ġużè Aquilina.

Dun Karm onorat fl-ewwel edizzjoni tal-‘Premju Ġużè Muscat Azzopardi’, imniedi minn iben Azzopardi, Ġino.

1947
Il-kumpanija ‘Indipendenza’ tagħti l-aħħar rappreżentazzjoni tagħha.

1948
L-ewwel edizzjoni tal-Muża Maltija (antoloġija ta’ poeżija, ed. Ġużè Aquilina) u Idjomi Maltin ta’ Karm Fenech.

Jiftaħ il-kors tal-B.A. (Hons.) fil-Malti fl-Università. Biss kellhom jgħaddu ħames snin sakemm inkiteb l-ewwel student.

1949
Tidher l-ewwel edizzjoni ta’ Studji Kritiċi Letterarji ta’ Ġużè Aquilina.

1950
Jitwaqqaf il-Kunsill tas-Soċjetà tal-Awturi Maltin (attiv sal-1956).

Francis Ebejer (1950)
Francis Ebejer (1950)

Jitfaċca għall-ewwel darba Francis Ebejer, li jirbaħ konkors tar-radjudrammi mniedi mill-Malta Drama League bix-xogħol tiegħu Ċpar fix-Xemx.

Wara x-xoljiment tal-Għaqda Maltija Bajda u Ħamra, Erin Serracino-Inglott iniedi l-Kumitat Organizzatur Privat għat-Teatru Edukattiv Malti (KOPTEM) sabiex ikompli jinkoraġġixxi l-palk lokali. Anki dan il-kumitat jibda jorganizza l-konkorsi teatrali.

Il-Malti jsib postu wkoll fost is-suġgetti tal-‘General Certificate of Education’ (GCE) tal-Università ta’ Oxford; ftit wara beda jiġi offrut ukoll mill-Università ta’ Londra.

1951
Titwaqqaf l-Għaqda Letterarja Maltija minn Vincent Caruana u John Sciberras. L-istess għaqda tibda xxandar il-programm letterarju Mill-Ġnejna Maltija fuq ir-Rediffusion.

1952
Pubblikazzjoni tal-Kalepin Ingliz-Malti (dizzjunarju) ta’ Edward D. Busuttil.

1953
Bejn l-1953 u l-1957 Reginald Vella Tomlin jeditja l-Ġabra ta’ Proża għat-Tfal fi tliet volumi.

1954
Imut John F. Marks.

1955
Emmanuel Ellul ikun l-ewwel student li jikseb il-grad ta’ B.A. fil-Malti mill-Università ta’ Malta.

Imut Agostino Levanzin.

Dun Karm Sant (1958)
Dun Karm Sant (1958)

1958
Titwaqqaf l-Għaqda Biblika Maltija mill-Prof. Pietru Pawl Saydon flimkien ma’ Dun Karm Sant, Dun Ġwakkin Schembri, u skulari oħra.

Tidher l-ewwel edizjoni ta’ Leġġendi (rakkonti vversifikati) ta’ Ġużè Delia.

1959
L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti tibda tippubblika x-xogħlijiet ta’ Sir Temi Zammit fi 3 volumi (sal-1961).

Wara ħidma ta’ tletin sena sħah, Pietru Pawl Saydon itemm it-traduzzjoni tal-Bibbja.

Manwel Cassar iwaqqaf l-Għaqda tal-Letteratura tal-Maltin fl-Awstralja.

The Structure of Maltese (studju lingwistiku) ta’ Ġużè Aquilina u The Sicilian Element in Maltese (teżi mhux ippubblikata) ta’ J. Micallef.

1960
Jidhru għall-ewwel darba l-Poeżiji miġbura ta’ Rużar Briffa.Briffa, Rużar_Poeżiji_1971

Bro. Henry Grech joħroġ l-ewwel volum tal-Grammatika tal-Malti. It-tieni volum deher fl-1967.

Tidher l-ewwel edizzjoni tad-Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku ta’ Robert Mifsud Bonnici.

A Maltese Anthology (ġabra ta’ proża u poeżija bl-Ingliż, ed. A.J. Arberry).

1961
Papers in Maltese Linguistics ta’ Ġużè Aquilina.

Jibda joħroġ il-Journal of Maltese Studies (ed. Ġużè Aquilina).

Imutu  Dun Karm Psaila u Ġużè Ellul Mercer.

1962
Francis Ebejer jirbaħ l-ewwel konkors tad-drammi mniedi mit-Teatru Manoel b’Vaganzi tas-Sajf.

Peter A. Caruana, l-editur letterarju tal-Leħen is-Sewwa, bl-għajnuna ta’ Dun Salv Bartoli Galea, Dun Joe Bugeja, u Karmenu Tabone, iwaqqaf l-Għaqda Kittieba Żgħażagħ.

Jiftaħ l-istazzjon lokali MTV; il-Malti jinstema’ għall-ewwel darba fuq it-televixin.

Ġużè Cassar Pullicino jippubblika l-ewwel volum ta’ Kitba u Kittieba tal-Malti. Żewġ volumi oħra ħarġu fl-1964.

Ġużè Orlando Smith (1962)
Ġużè Orlando Smith (1962)

Imutu Patri Anastasju Cuschieri u Ġużè Orlando Smith

1963
Imut Rużar Briffa

1964
Malta tikseb l-Indipendenza; il-Malti magħruf bħala l-Ilsien Nazzjonali, filwaqt li l-lingwi uffiċjali jibqgħu l-Malti u l-Ingliż.

Wara  bidla  statutorja, l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti tibdel isimha u ssir l-Akkademja tal-Malti.

Bis-saħħa tal-Kostituzzjoni De Sacra Liturgia tal-Konċilju Vatikan II, il-Malti jsir ukoll il-lingwa tal-Knisja Maltija; jibda jintuża fil-quddies u fil-bqija tal-liturġija. L-Akkademja tal-Malti tagħti l-kontribuzzjoni tagħha fil-Kummissjoni Liturġika maħtura mill-Arċisqof Gonzi.

Titwaqqaf l-Għaqda tal-Folklor.

Erin Serracino-Inglott (1975)
Erin Serracino-Inglott (1975)

Erin Serracino-Inglott jipproduċi t-tieni traduzzjoni bil-Malti tad-Divina Commedia.

1965
Pubblikazzjoni ta’ Teach Yourself Maltese ta’ Ġużè Aquilina u l-ewwel volum ta’  drammi ta’ Francis Ebejer: Is-Sejħa ta’ Sarid, Iż-Żjara, Bwani, u Ix-Xorti ta’ Mamżell.

Aħna Sinjuri ta’ Joseph J. Camilleri, meqjus l-ewwel rumanz ‘ġdid’ fil-letteratura Maltija; Kwartett ta’ Joseph J. Camilleri, Victor Fenech, Daniel Massa, u Charles Vella, meqjus bħala  l-ewwel ġabra ta’ poeżija moderna.

1966
Jitwaqqaf il-Moviment Qawmien Letterarju (MQL). Tfaqqa’ l-polemika bejn il-kittieba ‘moderni’ u l-kittieba ‘tradizzjonali’ li baqgħet tkarkar għal bosta snin fil-ġurnali u l-mezzi l-oħra tax-xandir.

Francis Ebejer jirbaħ il-konkors teatrali mniedi mit-Teatru Manoel bid-dramm Menz; jirbaħ ukoll it-tieni premju bid-dramm Il-Ħadd fuq il-Bejt.

Did-dawl tal-Konċilju Vatikan II, l-Għaqda Biblika Maltija tiddeċiedi li tibda t-traduzzjoni tal-Kotba Mqaddsa addattata għal idejn kulħadd.

1967
Jinħatar l-ewwel kumitat tal-Moviment Qawmien Letterarju, b’ Charles Coleiro president. Joħroġ  l-ewwel  għadd ta’ Il-Polz, il-fuljett tal-Moviment. Jibda l-programm Jazz u Letteratura fuq ir-Rediffusion.

Ġużè Cardona jkun l-ewwel kandidat li jikseb il-grad ta’ M.A. fil-Malti (li fetaħ fl-1964).

Fuq talba tal-Kummissjoni Liturġika tal-Provinċja Maltija, l-Għaqda Biblika tibda tippubblika t-testi kollha tal-Liturġija bil-Malti, biċċa xogħol li intemmet fl-1978.

Imutu Robert Mifsud Bonnici u Laurent Ropa.

1968
Jitfaċċaw żewġ awturi ġodda: Frans Sammut (Labirint u Stejjer Oħra, novelli) u Lino Spiteri (Tad-Demm u l-Laħam u Stejjer Oħra, novelli).

Vatum Consortium jew il-Poeżija Maltija (studju kritiku) ta’ Karmenu Vassallo u Maltese Poets of the 20th Century (ed. Gaston Tonna-Barthet), b’testi bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan, u bil-Franċiż.

1969
Titwaqqaf l-Għaqda Bibljotekarji.

Imut Nikol Biancardi.

1970
Il-MQL jniedi l-‘Kampanja Lsien Malti’.

Pawlu Mizzi jwaqqaf il-Klabb Kotba Maltin.

1971
Il-Malti, għall-ewwel darba, isir il-lingwa uffiċjali tal-Università flimkien mal-Ingliż. Għall-ewwel darba wkoll, id-diskors inawgurali tal-Parlament, indirizzat mill-Gvernatur Sir Anthony Mamo, isir bil-Malti.

Frans Sammut
Frans Sammut (1945)

Il-Gaġġa (rumanz) ta’ Frans Sammut ikun l-ewwel ktieb tax-xahar fis-sensiela Klabb Kotba Maltin.

Trevor Żahra
Trevor Żahra (1947)

Bl-inizjattiva tal-MQL tidher għall-ewwel darba r-rivista Sagħtar, maħsuba primarjament għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji. Il-Pulena tad-Deheb (rumanzett) ta’ Trevor Zahra u Fra Mudest (novelli) ta’ Charles Casha jagħtu impetu ġdid lill-qasam tal-letteratura tat-tfal

Charles Casha
Charles Casha (1943)

Jitnieda  għall-ewwel  darba  l-‘Premju  Letterarju’ mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Ir-rebbieħa għas-sena 1970 kienu Francis Ebejer (Drammi, Vol. 2 ) u Anton Buttigieg (Fl-Arena).

David R. Marshall jippubblika History of the Maltese Language in Local Education.

Imutu Dun Pietru Pawl Saydon u Franġisku Saverju Caruana.

1972
Il-MQL jorganizza l-ewwel wirja ta’ kotba Maltin.

Titwaqqaf il-Manoel Theatre Academy of Dramatic Art (MTADA) bl-għan li tħarreġ atturi ġodda fl-arti tal-palk.

A Comparitive Dictionary of Maltese Proverbs ta’ Ġużè Aquilina.

Imut Ninu Cremona.

1973
Franz Xavier Mangion jippubblika Il-Ġenna Mitlufa, traduzzjoni ta’ Paradise Lost ta’ John Milton.

1974
Fil-Kostituzzjoni ta’ Malta Repubblika l-Malti hu rikonoxxut għal darba oħra bħala l-Ilsien Nazzjonali filwaqt li l-Ingliż jibqa’ jżomm postu bħala l-lsien uffiċjali l-ieħor.

DenfilIs-sensiela Denfil tieħu post is-sensiela Ġabra ta’ Ward  bħala testi ta’ qari fl-iskejjel primarji.

Jitnieda l-‘Premju Rothmans għal-Letteratura’ mill-MQL b’kollaborazzjoni mad-ditta msemmija. Frans Sammut jirbaħ il-premju fit-taqsima tal-kitba kreattiva bir-rumanz Samuraj. Jitnieda wkoll il-‘Premju Letterarju Phoenicia (Malta)’.

Taħt il-Weraq tal-Palm ta’ Trevor Żahra jirbaħ il-konkors tar-rumanzi mniedi mill-Klabb Kotba Maltin.

Tidher kumpanija teatrali ġdida: l-Atturi Theatre Group.

Joħorġu l-ewwel żewġ volumi tal-memorji ta’ Herbert Ganado Rajt Malta Tinbidel. It-tielet u r-raba’ volumi ħarġu  fl-1975 u l-1977.

Imutu Albert M.Cassola u r-rumanzier Ġorġ Scicluna.

1975
Alfred Massa, Amante Buontempo, u Mario F. Bezzina jwaqqfu l-Għaqda Poeti Maltin. L-istess għaqda eventwalment bdiet toħroġ ir-rivista Versi u tniedi konkorsi tal-poeżija.

Joħroġ l-ewwel volum tal-Miklem ta’ Erin Serracino-Inglott.

Bejn l-1975 u l-1977 jidher it-Testment il-Ġdid tal-Għaqda Biblika Maltija.

Mary Meilak
Mary Meilak (1905)

Imutu F.X. Mangion u l-poetessa Għawdxija Mary Meylak.

1976
Ġużè Aquilina jirtira mill-kariga ta’ Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università; Dun Karm Sant jieħu postu bħala president tal-Għaqda tal-Malti (Università).

Bejn l-1976 u l-1977 tidher b’suċċess kbir l-ewwel sensiela televiżiva bil-Malti – F’Baħar Wieħed ta’ Lino Grech.

Il-Kultura Taljana f’Dun Karm (studju kritiku) ta’ Oliver Friggieri u Maltese Linguistic Surveys (studji) ta’ Ġużè Aquilina.

Jidhru għall-ewwel darba l-poeżiji miġbura ta’ Patri Anastasju Cuschieri f’edizzjoni kritika ta’ Alfred Degabriele bl-isem Il-Poeta tal-Madonna u l-Kelma Maltija.

L-Għaqda Kittieba Żgħażagħ tibdel isimha għal Grupp Awturi.

Imut il-lingwista Patri Serafin Zarb.

1977
Joħroġ l-ewwel volum tal-Bibbja Saydon mis-Soċjetà tal-MUSEUM, werrieta tad-dritt tal-pubblikazzjoni. It-tieni u t-tielet volum ħarġu fl-1982 u fl-1990.

Issir l-ewwel taħdita fis-sensiela ‘Il-Konferenza Dun Karm’ taħt l-awspiċi tal-Università.

1978
Antoloġija ta’ Proża Maltija (Vol.1, 1978; Vol. 2, 1979, ed. Ġużè Aquilina) u Contemporary Journalistic Maltese (studju) ta’ Dwardu Fenech.

Imut Ġużè Galea.

1979
Il-ġurnal Il-Ħajja jniedi l-ewwel edizzjoni tal-‘Konkors Letterarju Farsons’ li baqa’ jsir sal-1986. Kull sena kienu jingħataw premjijiet għall-aħjar tliet novelli.

Tibda tiffunzjona d-Drama Unit (aktar tard magħrufa bħala l-Iskola Mikelanġ Borg) fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni.

Imutu George Stevens u Herbert Ganado.

1980
Tidher l-ewwel Bibbja sħiħa bil-Malti fi ktieb wieħed (mingħajr il-Kotba Dewterokanoniċi), tradotta minn Karmenu Zammit skont il-kanoni Protestanti bl-inizjattiva tat-Trinitarian Bible Society.

Tibda s-sensiela Pubblikazzjonijiet Bugelli. Sakemm intemmet fis-sena 2000, laħqu dehru 86 titlu.

Dun Karm: Il-Poeżiji Miġbura (edizzjoni kritika ta’ Oliver Friggieri).

Imut Ġużè Delia.

1981
A Survey of Contemporary Dialectal Maltese, Vol. 1: Gozo (studju) ta’ Ġużè Aquilina u B.S. Isserlin,

Imutu Bro. Henry Grech u l-Kap. Edgar D. Busuttil.

1982
L-għaqda Ħeġġa Letterarja ’82  u  l-kumpanija drammatika A-Teatru jibdew l-attivitajiet tagħhom.

Tibda s-Sensiela Kotba Soċjalisti (SKS) bl-inizjattiva tal-Partit Laburista; jitwaqqaf ukoll il-Klabb Qari Nisrani, bl-inizjattiva tal-Kummissjoni Komunikazzjoni Soċjali tal-Knisja lokali.

Tinstema’ l-ewwel rock opera bil-Malti, Ġensna, b’lirika ta’ Raymond Mahoney u mużika ta’ Paul Abela.

Jidher l-ewwel comic magazine bil-Malti, Avventura.

Imutu Ġino Muscat Azzopardi u Patri Karm Fenech.

1983
Imutu Anton Buttigieg u Erin Serracino-Inglott.

1984
Titwaqqaf il-Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer bl-inizjattiva tal-Partit Laburista.

Paul-P-Borg
Paul P Borg (1949)

Dal-Lejl Ġie Alla  ta’  Paul P. Borg jirbaħ il-konkors tar-rumanzi mniedi mid-ditta Bugelli.

L-Akkademja tal-Malti toħroġ iż-Żieda mat-Tagħrif.

Tidher għall-ewwel darba l-Biblijografija Nazzjonali ta’ Malta, għas-sena 1983.

Toħroġ Il-Bibbja (Il-Kotba Mqaddsa bil-Malti fi ktieb wieħed) tal-Għaqda Biblika Maltija, tradotta mill-Lhudi u l-Grieg minn għadd ta’ skulari mmexxija minn Dun Karm Sant.

1985
Carmel S. Aquilina jniedi l-kumpanija teatrali Koperatturi.

Fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, bl-inizjattiva tas-soċjetà Christus Rex, jinstema’ l-ewwel oratorju bil-Malti, Pawlu ta’ Malta, b’lirika ta’ Oliver Friggieri u mużika ta’ Charles Camilleri.

Oliver Friggieri
Oliver Friggieri (1947)

Fil-knisja tal-Imġarr issir l-ewwel quddiesa bl-għana folkloristiku Malti, b’testi ta’ Oliver Friggieri u Ġużè Cardona, kantata mill-għannej Frans Baldacchino, il-Budaj.

1986
Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji (l-ewwel edizzjoni) ta’ Oliver Friggieri.

Patri Wistin Born (1986)
Patri Wistin Born (1986)

Imut Patri Wistin Born.

1987
Joħroġ l-ewwel volum tal-Maltese-English Dictionary ta’ Ġużè Aquilina; it-tieni volum ħareġ fl-1990. F’xi rqaqat Aquilina ma mexiex mar-regoli tal-Akkademja tal-Malti.

Mario Azzopardi jwaqqaf il-grupp teatrali Politeatru.

Imut Karmenu Vassallo.

1988
Ilsienna: Studji Grammatikali ta’ Albert Borg.

L-Għaqda tal-Malti (Università) terġa’ ssir attiva u jerġa’ jibda joħroġ il-Leħen il-Malti. Bl-inizjattiva tal-istess għaqda, bosta nħawi fl-Università jissemmew għal kittieba magħrufin Maltin.

Marjanu Vella
Patri Marjanu Vella (1927)

Imutu Patri Marjanu Vella u Ġużè Cardona.

1989
Jinqara fil-Parlament l-abbozz ta’ liġi msejjaħ ‘Att biex Isaħħaħ il-Qagħda tal-Ilsien Malti’.

Tibda s-sensiela Pubblikazzjonijiet Indipendenza (PIN) bl-inizjattiva tal-Partit Nazzjonalista.

Tidher it-traduzzjoni bil-Malti tal-Odissea (ta’ Omeru) minn Victor Xuereb.

1990
Is-Sena Internazzjonali tal-Kitba: tixxandar sensiela ta’ programmi fuq l-Ilsien Malti fuq l-istazzjon tat-televixin lokali filwaqt li l-Ministeru tal-Edukazzjoni jniedi sensiela ta’ wirjiet iddedikati lil għadd ta’ kittieba Maltin.

Dun Frans Camilleri (1990)
Dun Frans Camilleri (1990)
Ġorġ Zammit (1990)
Ġorġ Zammit (1990)

Imutu l-poeti Ġorġ Zammit u Dun Frans Camilleri.

1991
Il-Fondazzjoni ĠEM torganizza konferenza nazzjonali bit-tema ‘Jedd l-Ilsien Malti: Għażliet għall-Ġejjieni’.

B’Att ta’ Liġi, is-servizzi tar-radju jiġu lliberizzati, miżura li tħabbar il-bidu tal-pluraliżmu fix-xandir lokali.

L-ewwel konkors tan-novelli mniedi mill-Għaqda Bibljotekarji jintrebaħ minn Joe Friggieri bir-rakkont ‘L-Għerusija’.

Alfred Palma jippubblika t-tielet traduzzjoni bil-Malti tad-Divina Commedia; Ġużè Diacono joħroġ l-ewwel volum (minn ħamsa) tad-Dizzjunarju Ingliż-Malti ta’ Dun Karm, irrivedut u aġġornat.

1992
L-Akkademja tal-Malti toħroġ Aġġornament tat-Tagħrif.

Imut Dun Karm Sant.

1993Ir-Rabta bejn l-Awtur u s-Socjetà (1996)
L-Għaqda tal-Malti (Università) torganizza l-ewwel kungress letterarju li qatt sar f’Malta bit-tema: ‘Il-Letteratura Maltija mis-Snin Sitti ’l Hawn: Ir-Rabta Bejn l-Awtur u s-Soċjetà’. 

The Emergence of Standard Maltese: The Arabic Factor ta’ Math Prevaes  u La langue maltaise: études syntaxiques d’un dialecte arabe ‘périphérique’ ta’ Martine Vanhove – żewġ studji li jikkonfermaw l-interess fil-Malti minn lingwisti barranin.

Imut id-drammaturgu Francis Ebejer.

1994
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u r-Riżorsi Umani jwaqqaf il-Bord għall-Ilsien Malti bl-għan li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-Malti fl-oqsma kollha tal-ħajja.

L-Għaqda tal-Malti (Università) torganizza l-Fiera tal-Ktieb Malti fis-Sala Robert Samut, il-Furjana, u t-tieni kungress letterarju tagħha bit-tema ‘Ulied in-Nanna Venut fl-Ewropa?: Sfidi Ġodda għall-Kittieb’, fil-Phoenicia Hotel, il-Furjana.

Magri,Manwel - Hrejjef MissirijietnaĠorġ Mifsud Chircop jippubblika edizzjoni kritika ta’ Ħrejjef Missirijietna ta’ Patri Manwel Magri; Manwel Mifsud jippubblika l-istudju Loan Verbs in Maltese: A Descriptive and Comparative Study; Mons. Lawrenz Cachia joħroġ Grammatika Ġdida tal-Malti u L-Ilsien Malti: Il-Bieraħ u Llum.

 

1995
Jitnieda l-‘Premju Francis Ebejer’ (konkors teatrali).

Is-soċjetà tal-MUSEUM toħroġ il-Bibbja Saydon f’volum wieħed, b’xi reviżjonijiet.

1997
Fl-Università tiġi organizzata konferenza nazzjonali bit-tema ‘Il-Kitba Teatrali f’Malta: Hemm Xi Kriżi?’.

Imutu l-Prof. Ġużè Aquilina, Vincenzo Maria Pellegrini, u Bro. Michael Buttigieg.

1998
Inizjamed, għaqda letterarja u kulturali, tniedi l-attivitajiet tagħha. inizjamed-3new_kbir

1999
Il-PIN toħroġ l-ewwel volumi fis-sensiela ‘Kullana Kulturali’, enċiklopedija bil-Malti li tkopri diversi friegħi ta’ riċerka.

L-Akkademja tal-Malti torganizza kungress nazzjonali bit-tema ‘Ilsien Qadim f’Millennju Ġdid’.

Joħorġu l-ewwel volumi tad-Dizzjunarju Ingliż-Malti ta’ Ġużè Aquilina.

Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali ġdid, magħruf bħala Inwelldu l-ġejjieni Flimkien, jisħaq fuq l-importanza tal-Malti fil-qasam edukattiv.

Ġorġ Mifsud Chircop
Ġorġ Mifsud Chircop (1951)

Titwaqqaf l-Għaqda tal-Għalliema tal-Malti, b’Ġorġ Mifsud Chircop president.

Ġorġ Pisani (1999)
Ġorġ Pisani (1999)

Jibdew l-attivitajiet ta’ Poeżijaplus.

Imut il-poeta u drammaturgu Ġorġ Pisani.

2000
Il-Malti: Elf Sena ta’ Storja (studju lingwistiku) ta’ Joseph M. Brincat u
Place-Names of the Maltese Islands, ca. 1300-1800  ta’ Godfrey Wettinger (li jiġbor minjiera ta’ informazzjoni fuq it-toponomastika Maltija).

Imut il-poeta Wallace Ph. Gulia.

2001
Titfassal ‘Strateġija għal-Lingwa Nazzjonali’ mill-Bord għall-Ilsien Malti.

Kostitwit il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

The Maltese Language of Australia: Maltraljan – L-ewwel studju akkademiku formali tal-etnolett Malti tal-Awstralja, il-Maltraljan, miġbur u analizzat minn Roderick (Rigu) Bovingdon

doreen-micallef
Doreen Micallef (2001)

Imutu r-rumanzier Victor Apap u l-poetessa Doreen Micallef.

2002
Il-Lexicon ta’ Mikiel Anton Vassalli mitbugħ mill-ġdid (edizzjoni kritika ta’ Frans Sammut, pubblikazzjoni S.K.S.). Titnieda wkoll l-ewwel ‘Konferenza Mikiel Anton Vassalli’ mill-Għaqda tal-Malti (Università).

Il-Malti aċċettat bħala wieħed mill-ilsna uffiċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea, ladarba Malta tissieħeb formalment.

Imut id-drammaturgu Ġużè Diacono.

2003
Il-Fondazzjoni Erato tniedi sensiela ta’ taħditiet fuq il-Letteratura Maltija fil-Kavallier ta’ San Ġakbu.

Il-Bord għall-Ilsien Malti jniedi l-programm ta’ ħidma tiegħu.

2002
Il-Lexicon ta’ Mikiel Anton Vassalli mitbugħ mill-ġdid (edizzjoni kritika ta’ Frans Sammut, pubblikazzjoni S.K.S.). Titnieda wkoll l-ewwel ‘Konferenza Mikiel Anton Vassalli’ mill-Għaqda tal-Malti (Università).

Il-Malti aċċettat bħala wieħed mill-ilsna uffiċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea, ladarba Malta tissieħeb formalment.

Imut id-drammaturgu Ġużè Diacono.

2003
Il-Fondazzjoni Erato tniedi sensiela ta’ taħditiet fuq il-Letteratura Maltija fil-Kavallier ta’ San Ġakbu.

Il-Bord għall-Ilsien Malti jniedi l-programm ta’ ħidma tiegħu.

2004
Imut Amante Buontempo, wieħed mill-fundaturi tal-Għaqda Poeti Maltin.

Manwel Mifsud
Prof. Manwel Mifsud

2005
KunsillIl-Gvern iwaqqaf il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, b’Manwel Mifsud president.

Imut Ġużè Cassar-Pullicino.

 

2006
Il-Malta Standards Authority, bl-għajnuna tal-Microsoft Corporation, tniedi l-verżjoni lokali tal-Windows XP, kompleta b’tastiera li turi l-karattri Maltin. Organizzat seminar bit-tema ‘L-Ilsien Malti fl-Informatika’. Jitħabbru pjanijiet biex fil-futur jitnieda ‘spell checker’ għall-Malti.

Imutu Ġużè Chetcuti, Ġorġ Chetcuti, Dwardu Fenech, u  Frans Baldacchino, ‘Il-Budaj’, aktarx l-aqwa esponent tal-għana Malti.

2007
Fi Bremen, il-Ġermanja, tiġi inawgurata l-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija b’inizjattiva tal-lingwista Thomas Stolz. Għal din l-okkażjoni, fl-università tal-istess belt, tiġi wkoll organizzata konferenza internazzjonali fuq diversi aspetti tal-Ilsien Malti.kunsill

Isir l-ewwel seminar fis-sensiela ‘Innaqqsu l-Inċertezzi’ mniedi mill-Kunsill tal-Malti fuq il-varjanti ortografiċi fil-Malti.

Imutu Mario Serracino-Inglott, Ġorġ Mifsud-Chircop, u John C. Friggieri.

2008
Isir it-tieni seminar fis-sensiela ‘Innaqqsu l-Inċertezzi’ mniedi mill-Kunsill tal-Malti

Mikiel Spiteri (Kilin)
Mikiel Spiteri (Kilin)

fuq l-angliċiżmi fil-Malti. L-istess Kunsill joħroġ l-ewwel ġabra ta’ deċiżjonijiet fuq il-varjanti ortografiċi fil-Malti.

Imut Michael C. Spiteri (Kilin).

2009
L-Akkademja tal-Malti tissieħeb fil-European Writers Congress (EWC). ewc

Il-Kunsill tal-Malti jorganizza s-seminar ‘Il-Bilingwiżmu f’Malta’.is-siegha_tal-kittieba

Fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, minn Ottubru 2009 sa Marzu 2010, tiġi organizzata ‘Is-Siegħa tal-Kittieba’, sensiela ta’ intervisti ma’ awturi Maltin.

Imutu Pawlu Aquilina u Charles Clews.

2011
Is-Sena Dunkarmjana: Jitfakkar l-ħamsin anniversarju tal-mewt tal-poeta nazzjonali b’għadd ta’ attivitajiet.

Immanuel MifsudImmanuel Mifsud jirbaħ l-ewwel edizzjoni tal-Premju Letterarju mniedi mill-Unjoni Ewropea għall-kittieba emerġenti bix-xogħol tiegħu Fl-Isem tal-Missier.

Nies Kbar … Meta Kienu Żgħażagħ ta’ Tony C. Cutajar –                       l-ewwel e-book bil-Malti.

Dar Doreen Micallef, 12, App. 1, Triq Sant’Andrija, Il-Belt Valletta VLT 1431
Dar Doreen Micallef

L-Akkademja tal-Malti żżanżan is-sede l-ġdida tagħha f’Dar Doreen Micallef, Triq Sant’Andrija, il-Belt Valletta.

Imut Frans Sammut.

2012
Tieqa fuq it-Triq ta’ Clemente Zammit huwa l-ewwel rumanz bil-Malti f’forma ta’ e-book.

Il-kumpanija Ingliża Crimsonwing tipproduċi l-ewwel speech synthesizer li kapaċi jaqleb test elettroniku f’Malti mitkellem.

Jitwaqqaf il-Bremen Institute of Maltese Studies.

Imut ir-rumanzier J.J. Camilleri.

Juann Mamo
Juann Mamo (1886)

2013
Id-Dipartiment tal-Malti (Università) jorganizza l-Konferenza Juann Mamo, bit-titlu ‘Nistgħu Ma Niktbux il-Veru?’ Għal din l-okkażjoni l-SKS tniedi edizzjoni ġdida tar-rumanz Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka.

Il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb issa ssir il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.

L-Akkademja tal-Malti torganizza seminar dwar il-Kantilena biex tfakkar ir-restawr tal-volum li fih tinsab il-poeżija ta’ Caxaro.

Imutu Patri Mikiel Fsadni, Marcel Mizzi u Lino Grech.

2014
 Il-wirja ‘It-Tnax-il Ruħ tal-Malti’ fil-Bibljoteka Nazzjonali akkumpanjata minn serje ta’

Pierre J Mejlak
Pierre J Mejlak (1982)

konferenzi fuq kittieba Maltin.

L-awtur Għawdxi Pierre Meylaq jirbaħ it-tieni edizzjoni tal-Premju Letterarju mniedi mill-Unjoni Ewropea għall-kittieba emerġenti bix-xogħol tiegħu Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid.

Il-Kantilena ta’ Pietru Caxaro ppreżentata lill-UNESCO bħala Wirt Dinji.

Nwar 1L-Akkademja tal-Malti tvara l-programm •LogoNwar fuq Radju Malta 1.

L-Akkademja tal-Malti torganizza l-‘Konferenza Vassalli’, mifruxa fuq żewġ serati, biex tfakkar għeluq il-250 sena mit-twelid ta’ Mikiel Anton Vassalli.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jniedi l-iskema tal-Public Lending Rights; bis-saħħa tagħha, l-awturi Maltin jibdew jingħataw ħlas  relatat mas-self tal-kotba tagħhom mil-libreriji pubbliċi.

Imutu Kelinu Vella Haber, Anton Cassar u Lino Spiteri.

2015
Jitwaqqaf uffiċjalment il-‘Fond Malti tal-Ktieb’ biex jgħin lil dawk l-awturi u pubblikaturi li għandhom ippjanati xogħlijiet tal-Melitensia ta’ valur letterarju, kulturali, u edukattiv.

Il-Kunsill Malti tal-Arti, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, iniedi l-fond Translation Grant biex jissussidja lil dawk l-awturi li jridu jaraw xogħolhom tradott f’lingwi oħra.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jintroduċi s-sistema li tħares id-drittijiet tal-awtur Malti.

Imutu Godfrey Wettinger, Joseph C. Sciberras u Emmanuel F. Attard.

2016
dizzjunarju onlineJitnieda dizzjunarju tal-Malti online, frott il-kollaborazzjoni bejn il-Malta Communications Authority (MCA), il-Maltese Language Resource Server (MLRS), l-Istitut tal-Lingwistika (Università), id-Dipartiment tal-Intelligent Computer System (Università), u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. L-idea oriġinali kienet ta’ John J. Camilleri.

Id-Dipartiment tal-Malti fi ħdan l-Università joffri għall-ewwel darba kors li jwassal għall-kisba ta’ diploma fil-letteratura Maltija.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti jorganizza seminar pubbliku dwar il-kitba tal-kliem Ingliż fil-Malti u matulu jippreżenta l-proposti tiegħu wara seba’ snin ta’ deliberazzjoni u konsultazzjoni wiesgħa.

Imut Charles Magro (President tal-Għaqda Poeti Maltin).