1992: Aġġornament tat-Tagħrif fuq il-Kitba Maltija

Il-MaltiFl-1988 l-Akkademja tal-Malti ħatret kummissjoni biex tkompli taġġorna l-ortografija tal-Malti u b’hekk tlaħħaq mal-ħtiġijiet ġodda li feġġew fi żminijietna. Din il-kummissjoni qablet li t-Tagħrif fuq il-Kitba Maltija (1924) u ż-Żieda mat-Tagħrif fuq il-Kitba Maltija (1984) kellhom jibqgħu l-bażi tal-ortografija Maltija.

Wara bosta laqgħat il-kummissjoni ressqet il-proposti tagħha quddiem l-Akkademja u din iddeċiediet li l-proposti għandhom ikunu diskussi f’seminar li għalih kellhom jattendu l-membri tal-Akkademja u kittieba u għalliema tal-Malti. Fil-fatt, is-seminar sar nhar it-2 ta’ Novembru 1991 fid-dar tal-għaqda Din l-Art Ħelwa fil-Belt Valletta. Il-proposti li ħarġu minn dan is-seminar ġew diskussi mill-Akkademja tal-Malti. Id-deċiżjonijiet finali ġew ippubblikati fl-1992 f’rapport finali msejjaħ Aġġornament tat-Tagħrif fuq il-Kitba Maltija (1924). Dan l-aġġornament jikkonsisti fi tmien regoli tal-ortografija fosthom, il-kitba ta’ nomi u aġġettivi bil-‘għ’ bħala l-ewwel konsonanti tal-għerq tagħhom, il-prefiss ‘j’ quddiem verbi li jibdew bil-‘għ jew bil-‘h’ u l-kitba tal-konġunzjoni ‘u’.


George Farrugia (2009)

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.