1924: Tagħrif fuq il-Kitba Maltija

Fuq il-Kitba MaltijaFl-14 ta’ Novembru 1920 saret l-ewwel laqgħa tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti li llum tissejjaħ l-Akkademja tal-Malti u nħatret Kummissjoni biex tfassal alfabett li fuqu kellhom jinbnew ir-regoli tal-kitba bil-Malti. Sena wara, dan l-afabett kien finalizzat u l-Kummissjoni, l-aktar permezz tal-ħidma ta’ Ninu Cremona, baqgħet taħdem fuq ir-regoli tal-ortografija li tlestew fl-1924 u ġew stampati mill-Gvern Malti fi ktieb li jġib l-isemTagħrif fuq il-Kitba Maltija.

L-ewwel taqsima ta’ dan ix-xogħol tagħti r-regoli dwar kif wieħed għandu jikteb bil-Malti, imqassmin f’għaxart irjus. It-tieni taqsima tfisser aħjar l-għamla u t-tiswir ta’ kull kelma li għandha tinkiteb jew aħjar, il-morfoloġija tal-ilsien Malti u għalhekk tittratta l-għamliet tal-kliem Malti, in-nisel, it-tiswir u l-bini tal-kelma fil-Malti. Din it-taqsima hija maqsuma fi ħmistax-il ras. Permezz ta’ dan ix-xogħol naqas sew it-taħwid li kien hawn fil-qasam tal-kitba bil-Malti li kien qed jagħmel ħsara kbira l-aktar fl-oqsma tat-tagħlim u tal-letteratura. Fl-1934 l-alfabett u l-ortografija tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, saru uffiċjali u kull min jikteb bil-Malti jrid jintrabat li juża dawn ir-regoli.


George Farrugia (2009)

Ħalli kumment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.