Din it-taqsima tinkludi tagħrif siewi dwar l-istorja u r-regoli tal-Ilsien Malti, speċjalment bħala lsien miktub. L-evoluzzjoni tal-kitba bil-Malti hi storja interessanti, l-aktar minħabba li l-kitba bil-Malti ġiet stabbilita f’perijodu relattivament qasir u riċenti, meta dal-perijodu jitqabbel mal-evoluzzjoni tal-kitba ta’ ilsna oħra. Minkejja dan, illum il-poplu Malti għandu għadd ġmielu ta’ pubblikazzjonijiet bil-Malti li joħorġu kull sena. Dawn ikopru diversi suġġetti u ġeneri letterarji.