Laurant Ropa

laurentropaLaurent Ropa, wild Għawdxi, twieled ix-Xagħra (bil-kunjom Rapa) u ta’ sentejn emigra mal-ġenituri tiegħu lejn Bona, l-Alġerija. Hemmhekk studja fl-Ecole Normale u sar għalliem. Wara l-gwerra, flimkien ma’ martu, mar jgħix f’Pariġi u għalkemm qatt ma rritorna lura pajjiżu, kitbietu tixhed l-imħabba kbira li kellu lejn art twelidu.

Fis-snin tletin kien l-editur tar-rivista Melita li fiha kien jippubblika poeżiji Maltin maqlubin għall-Franċiż, flimkien ma’ studji kritiċi tal-letteratura Maltija. Fl-1932 stampa Anthologie des Poetas Neo-Classiques u fl-1937 ħareġ Poetes Maltais. Wara mewtu dehret l-antoloġija tiegħu Suite Maltaise (1970). Ippubblika tliet rumanzi: Le Chant de la Noria (1932) li nqaleb għall-Malti minn Ġużè Aquilina bit-titlu L-Għanja tas-SienjaKaline(1936) u Bou-Ras (1960). Le Chant de la Noria kien rebaħ il-Prix de la Societe Nationale d’Encouragement au Bien. Il-poeżiji tiegħu jinsabu miġburin fil-kotba Jardin de l’Allelik (1950), La Priere a Hippone (1953) uNotre-Dame-de-la Vie (1968).1

Kien Laurent Ropa li f’Novembru 1935 sejjaħ lil Dun Karm “poeta nazzjonali” fl-artiklu tiegħu “Malta et sa littérature” fir-rivista La Grande Revue stampata f’Tuneż: “Peut-être a-t-on été frappé, comme je le fus moi-même, par la beauté vraiment souveraine (ou alors je ne trompe fort) des extraits du ‘Chant de La Victorie’, que je viens de présenter. Leur auteur, Mgr. Carmelo Psaila, alias Dun Karm, fait figure de poète national”.2 Laurent Ropa qaleb il-poema ta’ Dun Karm Il-Jien u Lil Hinn Minnu għall-Franċiż u ppubblikaha fir-rivista Melita tal-5 ta’ Frar 1939, f’Susa it-Tuneżija.3

______________________________________   Michael J. Schiavone u Louis J. Scerri, Maltese Biographies of the 20th Century, Malta, PIN, 1997, 477.   Oliver Friggieri, Dun Karm – Il-Bniedem fil-Poeta, Malta, Klabb Kotba Maltin, 1980, 89.   Ġużè Cardona, Dun Karm – Ħajtu u Ħidmietu, Malta, Klabb Kotba Maltin, 1972, 202-203.
Ħajr lil Joseph P. Borg ta’ din il-bijografija

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.