Mifsud Bonnici Klement (1844—1887), poeta, skrittur, ħabib ta’ l-Ilsien Malti, twieled Ħal Qormi, bin it-Tabib Distrettwali ta’ l-istess raħal, Dr Felice Mifsud Bonnici bin Dr Clemente (l-ewwel Mifsud Bonnici); studja fl-Iskola Elementari tal-Gvern u fil-Leċeo; flimkien ma’ ħutu Pietru Pawl u Ġanni ħabirku ħafna għat-tagħlim u l-edukazzjoni tal-kotra li f’dak iż-żmien kienet nieqsa ħafna mill-Iskejjel tal-Gvern u privati.
Fl-1876 kienet twaqqfet għaqda letterarja magħmula mill-aħjar letterati bħal Annibale Preca, Ġuże’ Muscat Azzopardi, Napoleone Tagliaferro, Achille Ferris, Gavino Gulia, u fosthom Klement Mifsud Bonnici. Mifsud Bonnici ppubblika poeżiji u kontribuzzjonijiet ta’ tagħlim fil-ġurnal “In-Naħla Maltija”, editur u direttur Ġuże Muscat Azzopardi, l-awtur tar-rumanz “Mattew Callus” li ġie dedikat lil Klement Mifsud Bonnici, Miet fis-16 ta’ Mejju, 1887.
Pubblikazzjonijiet:-
Is-Sirena. Ġabra ta’ 13-il poeżija ta’ Klement Mifsud Bonnici u poeżiji oħra.