Ġużè Cassar Pullicino

guze_cassar_pullicinoĠUŻÈ CASSAR PULLICINO twieled Birkirkara fil-21 ta’ Settembru 1921 u daħal fis-servizz ċivili fl-1940 u rtira bħala Direttur fil-Ministeru tal-Industrija fl-1979. Għamel żmien bħala bibljotekarju fil-Fakultà tat-Teoloġija (Fondazzjoni tal-Istudji Teoloġiċi).

Kien ingħata scholarship mill-British Council għat-taħriġ bħala bibljotekarju f’Leeds u Londra (1950); inħatar Associate of the Library Association (1952); membru tal-Akkademja tal-Malti u membru tal-kumitat tagħha (1942-45) u tal-Għaqda tal-Malti (Università); Assistent Editur tal-Melita Historica (1952-61); u tal-Maltese Folklore Review(1962-73).

Kien ukoll President Onorarju tal-Għaqda tal-Folklor 1965-); membru tal-Kunsill ta’ Din l-Art Ħelwa (1965-67); tal-Folklore Society ta’ Londra (1962-), u tal-International Society for Folk-Narrative Research ta’ Pariġi (1962-).

bio_02Ħa sehem u qara studji f’diversi kungressi internazzjonali f’Malta, Kiel, Kopenħagen, Katanja, Ġirba (it-Tuneżija) u l-Kanada. Kien mogħti l-midalja tal-Meritu tal-Fidda mill-Konfederazzjoni tal-Kunsilli Ċiviċi (1970); rebaħ il-Malta Government Prize għall-aħjar ktieb maħruġ fl-1974; il-Premju Letterarju għal xogħol oriġinali ta’ riċerka dwar Ġużè Muscat Azzopardi (1978); il-Malta Literary Award (1979); il-Premio Città di Valleta (1989); mogħti l-Grad ta’ Master of Philosophy (Hon. Causa) mill-Università ta’ Malta (1993), u mogħti l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika ta’ Malta (1993).

Ġużè Cassar Pullicino, meqjus bħala studjuż ewlieni dwar il-folklor u l-kitba tal-Malti għandu diversi pubblikazzjonijiet f’dan ir-rigward.

bio_08Huwa l-awtur ta’ Kelma Waħda Biss (1971); Aquilina u l-Malti (1974);Ġużè Muscat Azzopardi: Studji (1991); Kitba u Kittieba tal-Malti – tliet kotba (1962-64); Dun Karm: tagħrif ġdid u noti kritiċi (1985); Poeżiji ta’ Ġorġ Zammit: noti kritiċi (1985); Ġużè Ellul Mercer: il-kitbiet miġbura, l-ewwel ktieb (1985); Malta fis-Seklu Tmintax: xi djarji Maltin tal-Imgħoddi(1981); An Introduction to Maltese Folklore (1947); Ħaġa Moħġaġa 1-4(1957-59); Il-Folklor Malti (1960); Stejjer ta’ Niesna (1962); Il-Bennejja tal-Folklor Malti (1964); Studies in Maltese Folklore (1976); Skunġrar u Orazzjoni fil-Poeżija Popolari Reliġjuża f’Malta (1981); Studji di tradizioni popolari maltesi (1989); L-Imgħoddi tal-Ġens Tagħna: Bejn Storja u Folklor (1990); Ħżuż Manwel Magri: Ktieb tan-Notamenti dwar il-Folklor Malti (1991); Kitba bil-Malti sal-1870 (2001) u Kitbiet Oħra tas-Seklu Dsatax (2002) u Ħaġa Moħġaġa u Taħbil il-Moħħ Ieħor (2003).

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.