Ġorġ Mifsud-Chircop

gorg_mifsud_chircopĠORĠ MIFSUD-CHIRCOP twieled fit-28 ta’ Ġunju 1951. Hu studja l-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u l-Università minn fejn iggradwa BA bl-Unuri. Speċjalizza fit-teorija u fil-prattika tal-folklor u bir-riċerka tiegħu Type Index of the Maltese Folktale within the Mediterranean Tradition Area rebaħ il-Premju Karmen Mikallef Buħaġar għall-aħjar teżi tal-MA fl-1978. Kiseb id-dottorat tiegħu mill-Università ta’ Malta fl-2001 b’teżi oħra dwar il-ħrejjef Maltin, jisimha The Maltese Heroic Fairytale.

Dr Mifsud-Chircop kien jgħallem il-Junior College u l-Università ta’ Malta. Xandar għadd kbir ta’ programmi b’rabta mal-Malti u l-folklor. Ħadem bla heda biex l-għana u l-ħrejjef isiru aktar popolari fost it-tfal u l-adulti. Ippubblika u editja għadd kbir ta’ kotba, fosthom Il-Leġġendi ta’ Ġużè Delia (1978), Il-Qawl Iqul (1989), Il-Praspar Miktuba minn Dun Xand Cortis (1991),Manwel Magri – Ħrejjef Missirijietna (1994), L-Għana Malti – Bibljografija u Materjal ieħor għar-Riċerka(1999), u ż-żewġ volumi fil-Kullana Kulturali tal-PIN, Il-Folklor Malti (2003). Kien koeditur ta’ Mis-Sillabu(1984-86) u Analiżi (1987-1995): żewġ rivisti importanti għall-istudenti tal-Matrikola tal-Malti. Bosta studji tiegħu jinsabu fil-Journal of Maltese Studies, f’Leħen il-Malti u Il-Malti. 

Dr Ġorġ Mifsud-Chircop inħatar President tal-Għaqda tal-Għalliema tal-Malti fl-1999. Matul dal-perjodu kiteb Il-Kultura Maltija – Il-Perspettiva Ħajja u Kontemporanja (2001). Miet nhar id-19 ta’ Diċembru 2007. B’memorja tiegħu, martu u wliedu waqqfu fond fl-Università ta’ Malta biex perjodikament issir taħdita pubblika fuq il-folklor Malti.

Id-donazzjonijiet għal dan il-fond għandhom jaslu f’dan l-indirizz: Fond għat-Taħdita Ġorġ Mifsud-Chircop, l-Uffiċċju tal-Finanzi, l-Università ta’ Malta, l-Imsida MSD 2080.

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.