Doreen Micallef

doreenmicallefDoreen Micallef twieldet il-Furjana, fil-31 ta’ Mejju 1949. Studjat il-filosofija u l-letteratura moderna Ewropea fl-Università ta’ Malta. Speċjalizzat fil-letteratura Maltija u Ingliża u kisbet MA fil-letteratura, diploma fir-relazzjonijiet umani u diploma oħra fit-teorija politika.

Micallef rebħet ir-Redifussion Golden Star tliet darbiet għall-aqwa teledramm (fl-1969, 1971, 1972) u ngħatat il-Phoenician Cultural Award fl-1984. Uħud mill-poeżiji tagħha dehru f’rivista tal-poeżija fl-Istati Uniti (1973). Doreen Micallef ippubblikat kemm poeżiji kif ukoll proża u wħud mix-xogħlijiet tagħha dehru fl-antoloġiji Linji Ġodda (1973) u Ilħna Mkissra(1992). Il-pubblikazzjonijiet tagħha huma: Wiċċ Imb Wiċċ u drammi oħra(1972); Fit-Triq tal-Empirew (1975); De Profundis (1979), Kyrie (1979) uIl-Leġġenda tal-Lejl (1984).

Minkejja s-solitudni ta’ bniedma introverta għall-aħħar, din il-mara li qatt ma kienet fiżikament b’saħħitha, kienet tħobb tissoċjalizza wkoll, dejjem b’xi suġġett profond għad-diskussjoni u b’saħħa mentali enormi. Kienet bniedma li tistaqsi ħafna u kultant iġġibek fid-dubju jekk hix tagħtik tagħrif jew inkella hix qiegħda tagħmel mistoqsija.

Kienet titkellem u taħseb bi stil proża-poetiku. Is-sentimentaliżmu, ir-ribelljoni, il-qilla, ir-rabja u d-determinazzjoni kienet tinsiġhom f’versi poetiċi f’moħħha. Jekk imbagħad kienet tkun fil-burdata kienet tiktibhom, jekk le kienet tħallihom itiru mar-riħ. Araha dejjem itterraq fis-solitudni tat-toroq tal-Belt. Għexet ħajja fqira, kwieta u umli msejsa fuq it-twemmin tagħha. Forsi l-akbar ħbieb li kellha kienu l-qtates. Kienet tippreferi tibqa’ bil-ġuħ hi, iżda qatt ma tfalli milli tixtri l-ikel għall-qtates fil-viċinanza ta’ fejn kienet tgħix.

Doreen Micallef mietet fl-1 ta’ Diċembru 2001, fl-età ta’ 52 sena. Għall-funeral tagħha kellha numru żgħir ħafna ta’ nies. Ma kien hemm ħadd mill-qraba tagħha għax ma kellhiex. L-Ilsien Malti u l-Letteratura tagħna tilfu bniedma qalbiena li minkejja l-fraġilità tagħha dejjem tkellmet u kitbet bla biża’ u bla tidwir.

Aqra aktar fuqha minn hawn.

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.