Charles Clews

Portrait20Charles Clews jibqa’ magħruf għall-umoriżmu nadif tiegħu kemm fil-ġurnali kif ukoll fuq il-palk. Kien wieħed mill-kontributuri ewlenin tar-radju, karriera li beda permezz tar-Rediffusion. Huwa kiseb fama nazzjonali bir-Radio Muskettieri u l-iStage Commandos Variety Company li tagħhom kien ko-fundatur u li bihom fl-1945 il-kummiedja ħadet xejra ġdida u nfirxet fit-teatri ewlenin tal-gżejjer.

Clews twieled fis-27 ta’ Settembru 1919 fl-Isla u tgħallem fil-kulleġġ tekniku tad-Dokkjard fejn beda jaħdem bħala surveyor. Huwa beda l-karriera tiegħu bħala kummidjant fit-Tieni Gwerra Dinjija b’kunċerti lill-ħaddiema tad-dokkjard waqt il-ħbit mill-ajru bil-għan li jinżamm moral għoli qalb il-ħaddiema. Iċ-ċajt tiegħu kien jifqa’ ’l kulħadd bid-daħk minkejja l-periklu tal-bombardamenti. Fl-1947 l-iStage Commandos rebħu l-unur “Bajda u Ħamra” b’att wieħed maħdum fit-Teatru tar-Radio City. Miegħu kienu jaħdmu atturi magħrufin bħal Johnny Catania, Ġemma Portelli, Vitorin Galea, Johnny Navarro, Terry L. Bencini, Josette Ciappara, Nosì Ghirlando u Ġuża Caruana.

Fis-snin sebgħin ħoloq l-avventuri ta’ kull ġimgħa ta’ “Fredu Frendo Sghendo” minn fuq ir-radju maħdumin minn Johnny Navarro. L-aqwa xogħol tiegħu jibqa’ It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla li nħadem għal sentejn sħaħ fit-Teatru tar-Radio City u dar kważi l-irħula u l-bliet kemm ta’ Malta kif ukoll ta’ Għawdex. Clews kien mistieden darbtejn l-Awstralja: l-ewwel żjara għamilha ma’ Johnny Navarro f’Novembru 1964 u t-tieni waħda ma’ Johnny Catania f’Novembru 1984.

Bejn l-1955 u l-1958 kien iċ-Ċermen tal-Kumitat tal-Bord taċ-Ċensura tat-Teatru u ċ-Ċinema. Huwa kien kontributur regolari fil-ġurnali u l-magażins għal 47 sena, b’kolonni umoristiċi f’It-Torċa, fl-Antenna Magazine u fil-gazzetta Is-Sejħa tal-Ħbiberija. Xogħlijiet oħra jinkludu: Ali BabìĦotel Żewwiġni u Don Rodrigo (kummiedji mużikali) u L-Imgermda (adattazzjoni ta’ Cinderella). Prof. A. J. Arberry ttraduċieluDar Fuq ir-Ramel għall-Maltese Anthology u fl-1996 Charles Clews ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika (MQR).

Charles Clews miet fid-29 ta’ Jannar 2009.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s