Sejħa – antoloġija żgħażagħ

L‑Akkademja tal‑Malti ħatret bord editorjali biex jilqa’ s‑sottomissjonijiet ta’ poeżiji bil‑Malti bil‑għan li tinġabar antoloġija li tappella għaż‑żgħażagħ bejn l‑14 u s‑16‑il sena u għal dawk li huma żgħażagħ fl‑ispirtu. Għaldaqstant, huwa mħeġġeġ jikkontribwixxi kull min hu interessat, inkluż poeti stabbiliti u oħrajn emerġenti.

Il‑Bord Editorjali qed jaċċetta poeżiji sa massimu ta’ madwar 30 linja li jirriflettu s‑sitwazzjonijiet differenti li jgħaddu minnhom u li jaħsbu fuqhom iż‑żgħażagħ. L‑intenzjoni mhijiex li l‑poeżiji jgħallmu, imma li joffru perspettivi friski b’rabta ma’ temi kurrenti li jolqtu liż‑żgħażagħ, fosthom:

  • it‑tibdil fil‑klima
  • ir‑relazzjonijiet (magħna nfusna/mal‑ġenituri/ma’ ġeneri oħra/mal‑awtoritajiet (eż. politiċi))
  • l‑ispiritwalità
  • l‑iżvilupp fiżjoloġiku
  • l‑ambjent (naturali, urban eċċ. u l‑qerda tiegħu)
  • il‑vizzji (eż. id‑droga, ix‑xorb alkoħoliku, il‑logħob eċċ.)
  • li xi ħadd jasal iweġġa’ lilu nnifsu (self‑harm)
  • is‑social media
  • il‑politika
  • l‑influwenzi taż‑żgħażagħ (influencers, TickTock, YouTube eċċ.)
  • il‑mużika
  • id‑drittijiet umani
  • l‑annimali (responsabbiltajiet/moħqrija/drittijiet eċċ.)
  • l‑impożizzjonijiet fuq iż‑żgħażagħ
  • iċ‑ċittadinanza attiva (eż. l‑attiviżmu)
  • id‑diversità (id‑diversi tifsiriet tal‑aħna u l‑huma; l‑omofobija; ir‑razziżmu, l‑ugwaljanza bejn is‑sessi eċċ.)
  • is‑saħħa
  • il‑korruzzjoni
  • l‑edukazzjoni/l‑istudju/ix‑xogħol
  • il‑ħsibijiet fuq il‑futur
  • l‑ansjetajiet u l‑biżgħat
  • l‑imħabba
  • l‑avventura
  • id‑divertiment
  • id‑diżappunt
  • id‑dehra (u l‑irranġar tagħha, plastic surgeries eċċ.)
  • diżordnijiet (tal‑ikel eċċ.)
  • ir‑ribelljoni
  • familji li għaddejjin minn żmien diffiċli (eż. problemi fil‑familja)
  • forom varji ta’ inġustizzja
  • kwistjonijiet etiċi (eż. l‑abort, l‑ewtanasja eċċ.)
  • l‑immigrazzjoni
  • il‑flus u l‑materjaliżmu
  • l‑identità (eż. personali, nazzjonali eċċ.)

Il‑kontributuri jistgħu jibagħtu sa 3 kitbiet oriġinali, li jridu jaslu fil‑format *.doc fl‑indirizz elettroniku tal‑Akkademja tal‑Malti info@akkademjatalmalti.org sat‑30 ta’ Ġunju, 2022. Sottomissjonijiet bil‑posta jistgħu jintbagħtu lil:

Bord Editorjali – Antoloġija ta’ Poeżija għaż‑Żgħażagħ
12 app 1

Dar Doreen Micallef

Triq Sant’Andrija

Il‑Belt Valletta VLT 1341


Il‑kontributuri mitluba jinkludu d‑dettalji u l‑kuntatti tagħhom, madankollu l‑poeżiji se jaslu għand il‑Bord Editorjali b’mod anonimu. Mas‑sottomissjoni tagħhom il‑poeti mitluba jiddikjaraw li l‑poeżiji mibgħuta huma oriġinali u li qatt ma xxandru mkien qabel, lanqas fuq siti soċjali. Sottomissjonijiet li ma jimxux ma’ dawn il‑kriterji jistgħu jiġu skwalifikati.

Id‑deċiżjonijiet meħuda mill‑Bord ikunu finali, u filwaqt li mhux obbligat jibgħat il‑kummenti lill‑poeti dwar il‑poeżiji tagħhom, il‑Bord jirriserva d‑dritt li jissuġġerixxi xi bidliet. Il‑Bord jgħarraf lill‑poeti bid‑deċiżjoni tiegħu qabel il‑pubblikazzjoni tal‑antoloġija. Filwaqt li d‑drittijiet fuq il‑poeżiji magħżula jibqgħu tal‑poeti, l‑Akkademja tal‑Malti żżomm id‑dritt li terġa’ tippubblika l‑materjal mibgħut lilha.


Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.