Il-midalja tad-deheb “Ġieħ l-Akkademja tal-Malti” 2021 tingħata lil min iddistingwa ruħu l-aktar b’ħidma fuq tul ta’ żmien għall-iżvilupp tal-Ilsien Malti u/jew tal-letteratura Maltija.

Jistgħu jivvutaw biss il-membri tal-Akkademja tal-Malti. Kull sottomissjoni tiġi vverifikata.
Jistgħu jiġu nnominati biss persuni ħajjin.
Tista’ tibgħat l-isem ta’ min tixtieq tinnomina bil-posta regolari f’dan l-indirizz: Is-Segretarju, 25, “Loniċera”, Triq il-Konti Manduca, In-Naxxar, NXR 1126.
Il-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ matul is-snin ingħatat lil:
Prof. Oliver Friggieri (2016)
Mons. Lawrenz Cachia (2017)
Trevor Żahra (2018)
Victor Fenech (2019)
Lina Brockdorff (2020)