Ġieħ l-Akkademja tal-Malti 2021

Jibdew deħlin in-nominazzjonijiet mill-membri għall-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ 2021.

Kull sena, l-Akkademja tippremja b’midalja tad-deheb lil dik il-persuna li tul ħajjitha tkun tat kontribut eċċezzjonali fl-ilsien Malti.

Iċ-ċerimonja tal-investitura se ssir mill-President ta’ Malta fil-Palazz ta’ Sant’Anton u tkun aċċessibbli mill-paġna tal-President ta’ Malta u tal-Akkademja tal-Malti minn fuq Facebook.