It-tieni tfakkira mill-Akkademja tal-Malti
B’referenza għall-artiklu li deher fis-Sunday Times of Malta tal-20 ta’ Settembru 2020 li fiha ċittadin xtaq jirreġistra l-isem ta’ bintu li fih l-ittra “ż”, l-Akkademja tal-Malti tfakkar lis-Segretarju Parlamentari l-Onor. Alex Muscat, li huwa responsabbli mir-Reġistru Pubbliku, biex jieħu passi minnufih u jsolvi din il-problema mill-aktar fis.
L-Akkademja kienet diġà ppubblikat stqarrija uffiċjali bl-isem “Ir-Reġistrazzjoni tal-Ismijiet ta’ Wliedna bil-Malti” erba’ xhur ilu. Ftit ġranet wara, l-Onor. Muscat kien wiegħed li din il-kwistjoni kellu jsolviha ma jdumx.
Intant, għadna qed nistennew.
Il-Kunsill
29.09.2020
M’hemmx dubju li l-qaghda ta’ L-Akkademja tal-Malti fuq dan il-punt, i.e li tintuza tipa Maltija fir-Registru Pubbliku hija wahda gusta u tassew hasra li l-awtoritajiet koncernati qishom ma jhossux urgenza ghal dan. Madankollu jiena cert illi L-Akkademja ser tibqa’ tirsisti u tinsisti sakemm dan il-punt ikun attwat. Nizzikhajr tat-taghrif mibghut li jkompli jsahhahli l-fehma tajba tieghi dwar L-Akkademja tal-Malti.
B’Imhabba:
mario
LikeLike