Agħfas hawn biex taqra l-istqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinzanza u Komunitajiet.
L-ISTQARRIJA GĦALL-ISTAMPA MILL-AKKADEMJA TAL-MALTI
L-Akkademja tal-Malti qrat l-aħbar li l-ġenituri li jagħżlu li jsemmu lil uliedhom b’isem Malti qed ikollhom jirreġistrawh ħażin għax ir-Reġistru Pubbliku għad m’għandux sistema moderna li biha l-ismijiet tat-tfal ikunu jistgħu jinkitbu bl-ittri tal-Malti li ma jinstabux fl-alfabett Ingliż. Dan l-ilment ġenwin mhux l-ewwel darba li sar u li ssemma fl-aħbarijiet.
L-Akkademja tfakkar li l-alfabett uffiċjali tal-Malti ġie rikonoxxut mill-Gvern 86 sena ilu. B’xorti ħażina r-Reġistru Pubbliku baqa’ m’aġġornax ruħu f’dan ir-rigward, minkejja li fl-aħħar snin tħabbar li dan kien se jsir.
Għaldaqstant l-Akkademja titlob lis-Segretarju Parlamentari l-Onor. Alex Muscat, responsabbli mir-Reġistru Pubbliku, biex jieħu passi minnufih ħalli din il-problema tissolva mill-aktar fis possibbli għall-ġid tal-ġenituri u f’ġieħ l-ilsien nazzjonali.
Pass kbir il-quddiem li r-registrazzjoni tat-tfal taghna ssir bil-Malti. Akkwist iehor favur art twelidna. Grazzi lilkom ilkoll.
B’Imhabba:
mario
LikeLiked by 1 person
Prosit ta’ din l-istqarrija Joe. Imma issa ma niqfux hawn! Jekk tassew iridu li l-affarijiet jitranġaw hemm bżonn li l-Akkademja segwiha. KULL XAHAR (mill-inqas) trid tibqa’ tikteb lil min hu kkonċernat biex tara l-biċċa fejn waslet u tibqa’ tissikka u ssus warajhom sa ma jkollhom it-tastiera Maltija. Stqarrija bħal din hija tajba ħafna, imma jekk nieqaf hawn ikun kollu ta’ xejn. Tislijiet mill-qalb, Trev
On Sat, 2 May 2020, 10:56 am L-Akkademja tal-Malti, wrote:
> L-Akkademja tal-Malti posted: “STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA L-Akkademja > tal-Malti qrat l-aħbar li l-ġenituri li jagħżlu li jsemmu lil uliedhom > b’isem Malti qed ikollhom jirreġistrawh ħażin għax ir-Reġistru Pubbliku > għad m’għandux sistema moderna li biha l-ismijiet tat-tfal ikunu jistgħu j” >
LikeLiked by 1 person