L-Akkademja tal-Malti ssellem lis-Sur Pawlu Mizzi li bena Dar il-Ktieb Malti u welled l-enċiklopedija Heritage bl-għan li tiċċelebra l-wirt storiku, politiku u letterarju Malti.

Fost il-mijiet ta’ kotba li ppubblika matul l-istorja tal-Klabb Kotba Maltin u Midsea Books, ta’ min isemmi Rajt Malta Tinbidel, id-dizzjunarju ta’ Aquilina, Il-Miklem Malti u Della Descrizione di Malta ta’ Ġan Franġisk Abela. Fl-1992, l-istat Malti onorah billi tah il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Fi kliem il-eks Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi, waqt is-serata fl-okkażjoni ta’ għeluq it-tmenin sena tiegħu, li saret fil-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Belt, nhar is-27 ta’ Ottubru 2009:

“Huwa ħadem fis-settur tal-ktieb Malti billi wera fiduċja fil-kapaċità tal-moħħ Malti, ta’ kull min fehem li seta’ jagħti kontribut fl-iżvilupp tal-kultura verbali, miktuba tagħna l-Maltin. Tant kotba li huwa ppubblika matul medda ta’ tant snin turi qabelxejn il-fiduċja tiegħu fil-moħħ Malti, imħaddem fl-oqsma kollha tal-atttività. Minbarra l-kwantità tassew kbira ta’ kotba u pubblikazzjonijiet oħra li ppreżenta lill-poplu Malti, hemm ukoll il-fatt li huwa fittex li jwessa’ dejjem aktar id-definizzjoni tal-ktieb Malti, miktub f’kull kundizzjoni u f’kull settur tal-esperjenza umana.”

Il-poplu Malti jibqa’ midjun għall-kuraġġ li wera s-Sur Mizzi meta terraq fil-pubblikazzjonijiet bil-Malti u baqa’ dejjem jara li l-ktieb Malti jilħaq il-livell professjonali li tant tixraqlu.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.