L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ, fit-2 ta’ Marzu

Iż-żgħażagħ  taħt is-16-il sena se jsemmgħu leħinhom f’L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ.

Il-parteċipanti ta’ L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ Fuq wara: Charisse Ann Vassallo, Martina Galea Loffreda,Thea Aquilina, Ilenia Camilleri, Rachel Lowell. Fin-nofs : Aidan Jay Drakard, Kira Copperstone, Nathan Aquilina (preżentatur), Emma Cutajar, Kayley Cuschieri (preżentatriċi), Thea Gauci, Bradley Debono. Fuq quddiem: Elisa Muscat, Eliana Gomez Blanco, Luana Schembri, Nathan Psaila, Riona Degiorgio, Jahel Cardona.

Waqt laqgħa li saret fil-Palazz Verdala, il-Buskett, ġie mniedi l-festival L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ. Dan il-festival qed jagħti spażju liż-żgħażagħ ta’ taħt is-sittax-il sena jesprimu ix-xewqat, l-aspirazzjonijiet u l-esperjenzi tagħhom permezz ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti.

Waqt laqgħa li saret fil-Palazz Verdala, iż-żgħażagħ preżenti ġew indirizzati miċ-chairperson tal-Għanja tal-Poplu, is-sur Carmelo Schembri, u mill-Kap tal-Iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu, is-Sur Michael Bondin.  Huma ħabbru li l-parteċipanti ser ikunu akkumpanjati minn ensemble ta’ 16-il mużiċist mill-Malta Concert Orchestra. Barra minn hekk il-festival ser ikun qed jilqa’ kantanti mistednin barranin.

L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ se jittella’ l-Ġimgħa 2 ta’ Marzu filgħaxija fit-teatru tal-Kullegg San Benedittu u filgħodu se jkun hemm rappreżentazzjoni speċjali għall-iskejjel.

Biljetti jistgħu jinkisbu minn www.ticketline.com.mt. Għar-repreżentazzjoni ta’ filgħodu, il-booking isir mill-Kulleġġ San Benedittu, tel: 25984400  jew indirizz elettroniku: sbc.kirkop.ss@ilearn.edu.mt .

Dan il-festival qed jittella’ mill-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Akkademja tal-Malti u l-Aġenzija Żgħażagħ. Il-Malta Concert Orchestra  ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri ensemble ta’ sittax-il  mużiċist li ser takkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela u Mro Joe Brown.

L-Għanja tal-Poplu hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.

 

 

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ, fit-2 ta’ Marzu

  1. Mario Griscti says:

    Nirringrazzjak mill-qalb, ta’ l-informazzjoni annessa. Iż-żgħażagħ għandhom potenzjal li qiegħed ikun skopert u mbuttat pożittivament il-quddiem, minn għaqdiet varji.

    L-Għanja tal-Poplu, għandha tibqa’ tinjetta fid-demm żgħażugħ, l-imħabba, u t-tixrid, tal-mużika u l-kanzunetta Maltija.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s