Miet Anton Agius Muscat

Anton Agius Muscat twieled fid-19 ta’ April 1931 il-Ħamrun u studja l-Liċeo, is-St Michael’s Training College u f’St Mary University College ta’ Twickenhan, l-Ingilterra. Fl-1950 beda jgħallem mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Fl-1960 laħaq assistent kap u fl-1970 inħatar Kap ta’ skola. Irtira mis-servizz fl-1992.

Ħadem fi ħdan il-Moviment tal-Malti u l-Għaqda Letterarja Maltija. Ħa ħsieb jippreżenta diversi programmi letterarji fiż-żewġ għaqdiet.

Laqgħuh membru tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti (illum l-Akkademja tal-Malti) fl-1960. Għal snin twal ħadem fil-kunsill kemm bħala Segretarju Relazzjonijiet Pubbliċi kif ukoll bħala Teżorier, Viċi President. Kien President tal-Akkademja fis-snin 2007-2009.

F’isem L-Akkademja tal-Malti organizza u mexxa erbatax-il programm televiżiv fl-1980/81 bl-isem Ħarsa mill-Qrib, li fihom it-telespettatur iltaqa’ ma’ kittieba anzjani.

Fl-1982 Karmenu Vassallo ddeskrivieh bħala “kontributur ħawtiel u lieżem fil-qasam ġurnalistiku Malti, b’ħemel ta’ kitba bl-Ingliż u bil-Malti ta’ qatgħa u xejra kulturali/edukattiva/soċjali.

Il-funeral se jsir illum, 3 ta’ Frar 2018 fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan, fis-2.00pm.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Miet Anton Agius Muscat

  1. Mario Griscti says:

    Is-Sur Anton Agius Muscat kien is-surmast ta’ l-iskola li kont nattendi fiha jien fis-snin sebgħin, l-Iskola tal-Gvern tal-Belt Valletta, kantuniera ma’ dik ta’ Sant’Iermu. Kien moħħ brillanti u karattru illustri. Il-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem. Grazzi mill-qalb, tat-tagħrifa.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s