Tan-Nanna Ħelu Manna

Programm kulturali  bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Doris Zammit

Radju Marija ( Jannar-Marzu 2018)

Kull nhar ta’ Erbgħa bejn Jannar u Marzu, live bejn is-1.30pm u t-3.00pm  Radju Marija qed ixandar sensiela ta’ programmi kulturali u edukattivi li fl-istess ħin huma ta’ divertiment għall-familja kollha.

L-iskop ewlieni ta’ dawn il-programmi huwa li jwassal lis-semmiegħa tagħrif dwar prodotti Maltin u Għawdxin li tipproduċi l-industrija Maltija kemm għas-suq lokali kif ukoll għal dak barrani. Is-semmiegħa se jsegwu l-proċess ta’ kif isir il-prodott sakemm jasal fis-suq u anke fl-aħħar mill-aħħar fi djarna, filwaqt li jingħataw xi riċetti li jinkludu l-istess prodotti li jkunu qed jissemmew waqt il-programmi partikulari.

Barra minn hekk  matul dawn il-programmi jingħata wkoll tagħrif dwar xi snajja’ li llum jew spiċċaw jew rari nisimgħu bihom.

Il-mużika ma tonqosx u billi dawn il-programmi jittrattaw dak kollu li hu Malti, il-mużika wkoll tkun dik Maltija, anke folkloristika.

Il-programmi se jkunu live u għaldaqstant is-semmiegħa jistgħu jagħmlu kuntatt mal-preżentatriċi u biex jieħdu sehem fil-kompetizzjoni.

 

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Tan-Nanna Ħelu Manna

  1. Mario Griscti says:

    Nirringrazzjak tat-tagħrif anness. Tan-Nanna Ħelu Manna, jidher programm simpatiku imma mhux biss. Huwa programm li jgħallem, u jkompli jġedded, iwessa’ u jkattar, il-prestiġju Malti.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s